Barranin
ARA: Issalva t-tarbija fl-Istati Uniti li kienet tiżen daqs tuffieħa

Tifla li twieldet tiżen daqs tuffieħa ħames xhur ilu u hu maħsub li hija l-iċken tarbija li qatt salvat, ħarġet mill-isptar u ttieħdet id-dar.

It-tarbija, magħrufa bħala Saybie, kienet tiżen 245 gramma meta twieldet f’Diċembru li għadda fl-isptar Sharp Mary Birch f’California l-Istati Uniti.

It-tabija twieldet b’ċesarja ta’ 23 ġimgħa, daqs sbatax-il ġimgħa qabel iż-żmien.

Skont ir-reġistru tal-iżgħar trabi fid-dinja, Saybie kisret ir-rekord tal-iżgħar tarbija li rnexxielha ssalva. Ir-rekord kien għand tarbija Ġermaniża li kienet tiżen ftit aktar minn 250 gramma meta twieldet fil-Ġemanja fl-2015.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-gvern Spanjol offra li jilqa’ l-107 immigrant abbord il-bastiment Open Arms fil-port ta’ Algeciras. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-gvern Taljan irriftjuta li jdaħħal l-immigranti f’port sigur tal-pajjiż bil-gvern Spanjol…

Barranin

Waiter qrib Pariġi nqatel fi sparatura minn klijent li allegatament kien irrabjat għaliex is-sandwich li ordnat ma kinx ipreparat malajr. Il-pulizija qalet li għaddejja investigazzjoni dwar il-qtil li seħħ il-Ġimgħa…

Barranin

L-aħwa Muhammad niżlu biex jiffriskaw fix-xmara Iseo, f’Bergamo meta tnejn minnhom inbelgħu mill-ilma. Hassan u Waqas Muhammad tilfu ħajjithom wara li għerqu fix-xmara Iseo. L-aħwa, għalkemm ma kienux jafu jgħumu,…

Barranin

Jean-Claude Juncker kellu jtemm il-btala fl-Awstrija ħesrem hekk kif kellu jiddaħħal b’urġenza l-isptar. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, li għandu 64 sena, kellu jmur lura l-Lussemburgu biex jiġi operat b’urġenza fil-bużżieqa tal-marrara….

Aktar