Traffiku
ARA: Issirx int fjur fuq it-tarmak!

Il-konsum tax-xorb alkoħoliku huwa fost il-kawża komuni ta’ inċidenti fatali u serji tat-traffiku. Fl-aħħar snin il-kampaniji li jsiru f’dan iż-żmien biex ix-xorb u s-sewqan ma jitħalltux kellhom riżultati tajbin. Din is-sena wkoll qed isiru kampaniji edukattivi b’messaġġ li x-xorb u s-sewqan ma jmorrux flimkien.

Waqt li fl-ispirtu tal-Milied jinxtorbu l-grokkijiet, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa, flimkien ma’ entitajiet oħra, qed jintensifika l-kampanja biex min ikun ser isuq ma jixrobx alkoħol.

Id-Direttur tad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa, Dr Paula Vassallo, qalet li d-Direttorat kontinwament jisħaq li x-xorb u s-sewqan ma jmorrux flimkien, u nieda l-kampanja “Tkunx Int Fjur fuq it-Tarmak … Jekk Ser Issuq, Tixrobx” .

“Jekk ser issuq fI kwalunkwe okkażjoni importanti ma ssuqx – issib xi ‘designated driver’ jew tużaw mezzi oħrajn, taxis, cabs, bil-mobile apps tista’ ġġib taxi faċilment,” qalet Dr Vassallo.

Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa nieda wkoll il-filmat mużikali “Fjur Fuq it-Tarmak” bis-sehem tal-kantant Sebastian Calleja, b’lirika ta’ Dominic Cini u Joe Julian Farrugia.

“Il-fjura tirrappreżneta l-persuna – il-fjura hija dik il-ħajja li telqet minn ġod-dar u tispiċċa fuq it-tarmak tat-toroq tagħna. Meta persuna ser tkun qed tixrob u tuża l-mowbajl u affarjiet oħra li jistgħu jtellfu s-sewqan, għandha żżomm f’moħħha l-familja u n-nies viċin tagħha li jekk ser titlef ħajjitha ser tħallihom fin-niket,” qal is-Sur Calleja.

Id-Direttorat ingħaqad ma’ numru ta’ entitajiet, fosthom id-Dipartiment tal-Emerġenza, il-Bank tad-Demm, is-Sedqa u l-Kunsill għas-Sigurta’ fit-Toroq. Flimkien ser iwasslu messaġġ wieħed dwar il-periklu tax-xorb u sewqan flimkien.

Segwi hawn il-filmat mużikali sħiħ:

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Inqas minn xahar bogħod mill-Karnival, karru satiriku qajjem kontroversja. L-awtoritajiet iridu li l-karristi jbiddluh biex ma jkunx offensiv waqt li l-karristi qed jiddefendu l-idea tal-karru u jgħidu li ma ġietx…

Trasport

Minn nhar is-Sibt it-traġitti bil-passiġġieri bejn Malta u Kemmuna ser jibdew isiru minn Kooperativa Comino Ferries li fiha seba’ operaturi. Il-koperattiva kienet l-uniku operatur li għamel l-offerta wara sejħa pubblika…

Lokali

Persuni b’mard kroniku jew diżabilità qed iħossuhom diskriminati li kumpaniji tal-assikurazzjoni mhux qed iħalluhom jixtru polza ta’ assikurazzjoni fuq ħajjithom li mingħajrha ma jistgħux jieħdu self mill-bank jew possibilment jibdew…

Lokali

Il-missjoni tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, bħala organu mwaqqaf mill-Kostituzzjoni, hi li tassigura li l-ingaġġ ta’ ħaddiema maċ-ċivil ikun effiċjenti u bbażat fuq il-mertu. Il-Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll il-proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tal-ħaddiema…

Aktar