Saħħa
ARA: It-tabib Malti li jmexxi katina famuża ta’ kliniċi u sptarijiet fl-Istati Uniti

Tabib Malti għadu kemm inħatar biex imexxi waħda mill-aktar istituzzjonijiet prestiġjużi fil-qasam mediku: il-Mayo Clinic, ibbażata fl-Istati Uniti.

Dr Gianrico Farrugia, stqarr ma’ TVM li għalkemm ilu 30 sena jgħix l-Istati Uniti, ma jinsa qatt il-mument li ra lil missieru bid-dmugħ f’għajnejh meta qallu li se jħalli Malta għalkollox biex imur jaħdem barra.

Għal dawn l-aħħar 30 sena, Dr Gianrico Farrugia għex l-Istati Uniti fejn ħadem f’waħda mill-akbar istituzzjonijiet tas-saħħa rinomati fid-dinja: Mayo Clinic.

F’Awwissu li għadda, Dr Farrugia ġie elett bħala Kap Eżekuttiv ta’ din l-istituzzjoni li topera bosta sptarijiet u kliniċi, fosthom fi Florida u Arizona, u timpjega kważi 70,000 professjonist f’oqsma differenti tas-saħħa.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Mayo Clinic, Gianrico Farrugia ”it’s a huge honour for me, and for somebody who grew up in Malta and through the Mayo system. Am also humble by the trust that was placed in me by the patients, by our staff to ask to lead this institution.”

Dr Farrugia hu tabib li jispeċjalizza fl-intern. Għandu għal qalbu r-riċerka dwar mard li jolqtu l-imsaren u l-istonku.

”So for example one of the diseases I’m interested in is a disease called Achalasia which is a disease of our swallowing tube called the oesophagus and sometimes it doesn’t empty properly. I also study the stomach – there’s a condition called – Gastroparesis when stomach doesn’t function properly and sometimes effects people with diabetis” kompla jgħid Dr Farruga.

Dr Farrugia, li ġej minn familja ta’ tobba, jgħid li l-appoġġ li rċieva mingħand il-ġenituri tiegħu u l-edukazzjoni fil-mediċina li rċieva f’Malta kienu kruċjali għas-suċċess li kiseb f’ħajtu.

At the same time Mayo Clinic, which has such global voice continues to treat 1.3 million patients annually from 140 countries and continue to innovate and find better ways at inventing the next generation of healthcare.

Mistoqsi minn TVM jekk jikkunsidrax li jiġi jaħdem f’Malta, Dr Farrugia qal li għalkemm jibqa’ disponibbli li joffri kull għajnuna, hu jara l-ġejjieni tiegħu fl-Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Ikel

Ħafna jiħduh bħala duwa meta jkollhom uġigħ fi griżmejhom jew għal taqlib fl-istonku, oħrajn iżiduh mal-kafè jew mat-te. Qed nirreferu għall-ġulepp tal-ħarrub li jissajjar bħal daż-żmien, hekk kif tibda toqrob…

Ġurnali

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum The Sunday Times Fuq il-faċċata storja b’ritratt li tgħid li bini tal-Gvern fi Xrobb l-Għaġin li qabel kien jintuża mill-ex Prim Ministru Dom Mintoff…

Lokali

Id-dislessja – kundizzjoni li tfixkel lill-persuna biex titgħallem taqra minhabba li ma tagħrafx uħud mill-ittri u simboli, hi meqjusa bħala ostaklu fil-proċess edukattiv, għalkemm illum hemm mezz ta’ għajnuna biex…

Aktar