Agrikultura
ARA: It-tbatija ta’ min jaħdem l-uċuħ tar-raba’

Waqt li l-għaqda Friends of the Earth bdiet kampanja biex tħeġġeġ il-Maltin jagħżlu prodotti tal-biedja lokali, fis-suq tal-bdiewa f’Ta’ Qali rajna bosta konsumaturi jfittxu l-frott u l-ħaxix frisk. Fl-istess waqt tkellimna ma’ diversi bdiewa – nisa u rġiel dwar it-tbatija tal-bdiewa u s-sodisfazzjon tagħhom.

Fis-suq tal-bdiewa f’Ta’ Qali, bħal kull Sibt filgħodu għadd ta’ bejjiegħa kienu bieżla għaddejjin bil-begħ tal-ħaxix u l-frott li jkunu qatgħu mill-ġurnata ta’ qabel jew kmieni filgħodu. Fost il-bejjiegħa Anna Zahra li qaltilna li trabbiet fl-għelieqi u li għal iktar minn għoxrin sena ħadmet fl-għellieqi,

Anna Zahra qalet “sigħat m’għandekx ħin, la leave la sick leave..kien hemm żmien batejt bit-tfal żgħar biex tkompli l-familja tgħix u nġib il-paga”.

Mara li wkoll trabbiet f’familja tal-bdiewa Rosanne Chircop Schembri qasmet magħna l-gost tagħha li tbigħ frott it-tbatija ta’ missierha.

Rosanne Chircop Schembri qalet “għax ikunu jafu x’qed jieħdu mingħand il-bidwi, jafu, iżjed frisk minn hekk ma jistax ikun għax kollox maqtugħ ilbieraħ u ġejna nbigħuh dalgħodu”.

Joseph Schembri li ghandu 70 sena ilu għomru u żmienu jaħdem ir-raba’ min filgħodu filgħaxija. Spjegalna li t-temp mhux dejjem ħanin mal-bdiewa.

Joseph Schembri qal “fih it-tbatija, biex tgħix minn ġo fih iebsa”.

Fis-suq tal-bdiewa membri tal-għaqda Friends of the Earth ħeġġew lin-nies biex dejjem jagħżlu frott u ħaxix tal-bdiewa lokali.

Martin Galea minn Friends of the earth qal “qed nippruvaw inqarrbu lin-nies u l-bdiewa biex kulħadd jispjega s-sitwazzjoni u kulħadd jifhem il-bżonnijiet ta’ kulħadd”.

Is-sur Martin Galea mill-Friends of the Earth qal li din hija parti minn kampanja li qed jagħmlu għaqdiet ambjentali Ewropej fi sforz biex l-Unjoni Ewopea tagħti iktar sostenn lill-bdiewa u l-prodotti tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Tnejn minn tliet karreġġjati lejn il-Belt kellhom jingħalqu wara ħabta fi Blata l-Bajda. Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tan-12.30pm, hemm involuti xarabank u karozza ta’ struttur tas-sewqan. Fil-karozza kien hemm żewġ…

Lokali

Waqt il-ftuħ uffiċjali tal-maratona Oħloq Tbissima, f’Santa Venera, seħħ inċident żgħir fejn cameraman għal xi raġuni waqa’ minn fuq stand u qasam rasu. Il-President George Vella, li kien preżenti fuq…

Knisja Maltija

L-Għaqda Mużikali San Leonardu qed tilmenta minn deċiżjoni tal-Kurja li jinbidel kwadru tas-seklu 18 fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop ma’ kwadru ieħor ġdid. Fi stqarrija l-banda ta’ San Leonardu qalet li…

Aktar