Edukazzjoni
ARA: It-tielet edizzjoni ta’ ‘Qaritona Nazzjonali’

Jisimgħu b’attenzjoni lill-ambaxxaturi tal-qari jaqrawlhom l-istejjer, l-istudenti tal-iskola Primarja taż-Żurrieq kienu l-protagonisti fit-tnedija ta’ ‘Qaritona Nazzjonali fl-iskejjel Primarji’ li għandha l-għan li żżid il-kultura tal-Qari.

It-tielet edizzjoni tal-Qaritona Nazzjonali qed tiġi organizzata mill-Malta Trust Foundation u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, bl-ambaxxaturi tal-qari ser ikunu Carmel Busuttil, Saviour Darmanin u Veronica Farrugia.

Iċ-Chairperson tal-Malta Trust Foundation Marie-Louise Coleiro Preca qalet li bil-qari iħejji lit-tfal biex ikunu ħassieba kritiċi u itejbu l-immaġinazzjoni. Il-President Emeritu qalet li fl-ewwel żewġ edizzjonijiet inġabru 250,000 ewro mill-isponsors u mit-tfal. Hija spjegat li b’donazzjoni għal kull ktieb li jaqraw ser ikomplu jinxtraw għodod diġitali u stampa għal tfal li jeħtieġu l-għajnuna.

“Diġa’ bbenefikaw tfal b’vista batuta ħafna u wkoll l-ewwel grupp ta’ tfal li huma fuq l-ispettur tal-awtiżmu u li ma jitkellmux. Din is-sena ser ikun hemmit-tieni grupp ta’ dawn it-tfal.”

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li s-sistema edukattiva ser tkompli tiġi riformata biex tilqa’ għall-ħtiġijiet ta’ kull tifel u tifla bil-għan li ħadd ma jaqa’ lura fil-vjaġġ edukattiv.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tad-Dipartiment għall-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Glenn Micallef, spjega li l-Kummissjoni Ewropea għamlet il-proposta tagħha dwar id-daqs tal-budget tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. Din il-proposta kienet…

Kultura

L-istazzjon nazzjonali se jkun qed ixandar l-iskeda sħiħa tal-Karnival ta’ din is-sena. Dawn huma l-ħinijiet tax-xandiret tal-Karnival: Is-Sibt 22 ta’ Frar  – Il-Karnival tat-Tfal mid-09:25 sa 12:00 fuq TVM2 Is-Sibt…

Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għat-tieni jum tas-summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, bil-għan li jintlaħaq qbil fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. L-ewwel jum tas-summit kien wieħed…

Aktar