Barranin
ARA: It-tieni tieġ irjali din is-sena – il-Prinċipessa għażlet libsa li turi l-farrett f’daharha

Bint il-Prinċep Andrew u Sarah Ferguson – il-Prinċipessa Eugenie żżewġet lill-maħbub tagħha Jack Brooksbank fil-kappella ta’ San Ġorġ f’Windsor. Dan hu t-tieni tieġ din is-sena għall-familja rjali Ingliża.

Il-Prinċipessa Eugenie hija d-disa’ eredi għat-tron.

It-tieni tieġ irjali fil-Kastell Windsor din is-sena. Wara l-Prinċep Harry u d-Dukessa Megan f’Mejju li għadda, il-Prinċipessa Eugenie u Jack Brooksbank ngħaqdu fiż-żwieġ fil-kappella ta’ San Ġorġ fil-preżenza tar-Reġina Elżabetta II, il-Prinċep Philip u 850 mistieden.

Fiċ-ċerimonja t-tenur Andrea Bocelli, akkumpanjat mill-Orkestra Filarmonika Rjali, kanta l-Ave Maria.

Wara ċ-ċerimonja l-koppja ntlaqghet mill-folla li nġabret tul it-toroq li jagħtu għall-kastell. Madwar 1,200 membru tal-pubbliku kellhom il-privileġġ li jsegwu t-tieġ fil-ġonna tal-Kastell Windsor. Il-Prinċipessa Eugenie hija l-iżgħar wild tal-Prinċep Andrew u Sarah Ferguson, id-Dukessa ta’ York.

Il-koppja ċċelebrat flimkien mal-mistednin f’riċeviment fid-dar tal-familja York, f’Windsor Great Park. Fuq għażla tal-għarusa, il-libsa kixfet farret fuq darha li huwa l-marka ta’ operazzjoni li għamlet meta kellha tnax-il sena biex tikkoreġi l-iscoliosis.

Il-koppja ltaqgħet fl-Iżvizzera fl-2010.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Pulizija Franċiża qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex isibu lil Cherif Chekatt li għamel ħerba f’Strasbourg it-Tlieta li għadda. Chekatt spara fuq in-nies li kienu qegħdin jiddevertu fis-Suq tal-Milied ta’ Strasbourg….

Barranin

Raġel minn Sardenja mwieled il-Belġju kien qiegħed joffri lill-kelb tiegħu għal servizzi sesswali biex minnu jaqla’ x’jiekol. L-istorja ħarġet fil-beraħ wara li r-riklam għas-servizz spiċċa f’idejn il-ġurnalist u konduttur Luciano…

Barranin

Il-Prim Ministru Theresa May tinsab fi Brussell għal summit tal-Kunsill Ewropew, jum wara li salvat minn vot ta’ sfiduċja kontriha mitlub minn membri parlamentari tagħha tal-Partit Konservattiv. Fl-ewwel kummenti mal-wasla…

Barranin

Patri buddista li kien qed jimmedita ġo foresta fl-Indja nqatel minn leopardu. Il-każ seħħ fl-istat Maharashtra, meta Ragul Walke kien qed jimmedita taħt siġra fil-foresta Tadoba. F’din il-foresta, li hija…

Aktar