Barranin
ARA: It-tifel li ma ħalliex lill-Papa bi kwietu qabel ma ngħata kallotta

Tifel seraq ix-xena waqt l-udjenza ġenerali ta’ nhar t’Erbgħa tal-Papa Franġisku.

It-tifel li għandu madwar għaxar snin tela’ ħdejn il-Papa u bħal donnu ried bilfors il-kallotta tal-Papa Franġisku.

It-tifel deher li ma kellux ħsieb li jitlaq minn ħdejn il-Papa tant li Monsinjur Leonardo Sapienza, il-kap tal-protokoll, qam u ċedielu postu maġenb il-Papa. It-tifel li għandu kundizzjoni medika tħalla jimxi fuq il-palk waqt li l-udjenza kompliet bl-indirizz tal-Papa.

U l-persistenza tiegħu ħalliet il-frott hekk kif kif ma niżilx minn ħdejn il-Papa qabel ma ngħata kallotta bħal tal-Papa.

Il-Papa Franġisku rringrazzja lit-tifel għal-lezzjoni li tana lkoll. Talab lil Alla biex jgħinu fil-limitazzjonijiet tiegħu waqt li qed jikber għax għaraf li dak li għamel ġie mill-qalb.