Lokali
ARA: It-tifkiriet tal-festa ta’ San Pawl jinġarru minn ġenerazzjoni għall-oħra

Iċ-ċelebrazzjonijiet esterni tal-festa ta’ San Pawl komplew waranofsinhar bil-marċ tradizzjonali mill-Banda La Vallette u filgħaxija segwiet il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Pawl.

Il-festa ta’ San Pawl fil-Belt ta’ kull sena tiġbed lejha mhux biss il-Pawlini Beltin, imma wkoll nies minn diversi lokalitajiet. F’din il-festa, it-tifkiriet, l-emozzjonijiet u n-nostalġiji jinħassu sew l-aktar fost il-Beltin.

Dr Ray Bondin, ex President tas-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette qal “dil-festa dejjem kellha element qawwi nazzjonali u naħseb dan huwa punt importanti ħafna. Hija xi ħaġa sabiħa immens li tara membri tal-Parlament miż-żewġ naħat tal-Kamra jiġu hawnhekk jagħtu qima lill-qaddis kbir tagħna hux hekk għax li San Pawl għamel tliet xhur hawn hija xi ħaġa tal-għaġeb għalina.”

Filgħaxija segwiet purċissjoni bl-istatwa ta’ San Pawl fit-toroq ewlenin tal-Belt bil-Pawlini quddiem l-istatwa jkantaw l-innijiet tradizzjonali tal-patrun tagħhom.

Il-festa tan-nawfraġju ta’ San Pawl hija waħda minn tliet festi Pawlini li jiġu ċċelebrati f’Malta fejn titfakkar ukoll il-konverżjoni tal-Appostlu Pawlu u l-martirju tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija qed jinvestigaw is-sejba ta’ kadavru ta’ mara li kienet ilha mejta 3 xhur. TVM huwa infurmat li l-mara hija Ingliża ta’ 69 sena li nstabet mgħottija bil-kutri fis-sodda fi stat…

Saħħa

Bħalissa f’Malta hawn madwar 7,000 persuna li qed tbati mid-dimenzja, din mistennija titla’ għal 13,000 sas-sena 2050. Fl-ewwel konferenza nazzjonali tad-dimenzja, ġiet diskussa din il-marda, kif tolqot lil ta’ madwarha,…

Lokali

Skont il-Perit Carmel Cacopardo, ir-riżenja ta’ Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika fuq l-abort hija biss skuża. Intervistat fuq il-programm ta’ Television Malta Ras imb ras, il-Perit Cacopardo qal li hu kien…

Aktar