COVID-19
Ara: It-tilqima kontra l-Covid-19 instabet iżda jaf tkun għandna madwar sena oħra

Il-Coronavirus, jew l-hekk imsejjaħ Covid-19, m’ilux daqstant magħna, u għaldaqstant minħabba li għadu virus pjuttost frisk bosta qed jgħidu tagħhom, bi kliem dak li jkun spiss ikun imsejjes fuq għadd ta’ ħsibijiet jew xnigħat aktar milli fuq dak li sa issa nstab b’mod konkret mix-xjentisti.

F’dan l-isfond, aktarx li bosta qed jistaqsu jekk instabx vaċċin kontra l-Covid-19. Waqt ‘TVAM’, iċ-Chairman tad-Dipartiment tal-Patoloġija, Dr Christopher Barbara, qal li t-tilqima kontra l-Coronavirus diġà nstabet. Madanakollu, Dr Barbara spjega li għalissa l-vaċċin ma jistax jintuża fuq il-bniedem, hekk kif għad irid isiru għadd ta’ testijiet, magħrufa bħala clinical trials. Liema testijiet, diġà bdew isiru.

Dr Barbara fisser li dan l-ittestjar jieħu madwar sena, jew saħansitra tmintax-il xahar. Iċ-Chairman spjega, li Malta diġà ffirmat il-protocol mal-Unjoni Ewropea, bil-għan li nkunu minn tal-ewwel li nixtru t-tilqima u nibdew nużawha minnufih malli tkun disponibbli.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Diversi żoni f’Malta illejla intfew, bil-għan li nsalvaw l-enerġija. Din l-inizjattiva, li hija waħda favur l-ambjent, kienet mifruxa mad-dinja, u ingħatat l-isem ta’ Earth Hour. F’Malta saret mill-NGO Żibel, u…

COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

Aktar