Barranin, Kurżitajiet
ARA: It-tqala ma xxekkilx lil Kate milli tilgħab il-hockey

Il-Prinċep William u martu Kate, li qed tistenna t-tielet tarbija f’April, komplew biż-żjara uffiċjali ta’ 4 ijiem fl-Isvezja u n-Norveġja.  Huma u jduru minn post għall-ieħor, mhux l-ewwel darba li l-koppja rjali rat kif tipprova titħallat man-nies kemm jista’ jkun u fl-Isvezja ma kinitx eċċezzjoni.

William u Kate ittantaw jilagħbu l-bandy, li hija logħba Svediża li tixbaħ lill-ice hockey, fil-park ta’ Stokkolma li minħabba s-silġ huwa ideali għal dan l-isport.  Wara li ngħata ħjiel ta’ kif jintlagħab il-bandy, William irnexxielu jiskorja darbtejn minn tliet ċansijiet li kellu.  It-tqala ma xekklitx lil Kate milli tipprova tiskorja wkoll u minn 3 tentattivi rnexxielha tiskorja darba kif jidher fil-filmat hawn taħt.

Minbarra ħin għall-isport, il-Prinċep tal-Ingilterra u martu kellhom diversi appuntamenti, fosthom laqgħat mal-familji rjali tal-Isvezja u n-Norveġja, kif ukoll mal-mexxejja politiċi tal-pajjiżi Nordiċi u żjarat fil-bażi militari tar-reġjun.

William, li huwa t-tieni fil-linja tat-tron tal-Ingilterra, serva mal-forzi armati Ingliżi bejn l-2006 u l-2013 u ħadem bħala bdot tat-tiftix u s-salvataġġ qabel beda jiffoka fuq id-dmirijiet irjali tiegħu mis-sena li għaddiet.

Huma mistennija jżuru wkoll l-Istitut ta’ Karolinska fejn se jingħataw iktar tagħrif dwar kif l-Isvezja tindirizza l-problema tas-saħħa mentali fost iż-żgħażagħ.  William, Kate u l-Prinċep Harry ta’ spiss jagħmlu kampanji ta’ kuxjenza dwar is-saħħa mentali tant li wara l-mewt t’ommhom tkellmu fil-pubbliku kemm-il darba dwar it-trawma li għaddew minnha wara l-inċident fatali ta’ iktar minn 20 sena ilu.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Virus qattiel li għad m’hemmx vaċċin kontrih qed jinfirex fl-Indja, u diġà qatel tliet persuni fl-istat ta’ Kerala. Sitta oħra huwa maħsub li wkoll mietu b’dan il-virus, li jġib l-isem…

Barranin

Il-Pulizija tal-Indja qalet li qabdet mara li kienet qed iġġorr xejn inqas minn 106 kapsuli bil-kokaina fl-istonku. Il-mara, li hija barranija, inqabdet bid-droga fl-ajruport ta’ Delhi. Intqal li l-mara ta’…

Barranin

F’Chieti, fl-Italja, raġel allegatament waddab lil martu mill-gallarija ta’ darhom u ftit tal-ħin wara gara lil bintu minn pont tal-awtostrada A14. It-traġedja seħħet ilbierah fejn, Fausto Filippone, għal raġunijiet mhux…

Barranin

Fil-Venezwela, il-President Nicolas Maduro ġie ri-elett bħala President għas-sitt snin li ġejjin fl-elezzjoni karatterizzata minn boycott mill-oppożizzjoni u allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet. F’pajjiż milqut minn kriżi ekonomika serja li qed tirriżulta…

Aktar