Barranin
ARA: Itellgħuh fuq il-palk u jbellah lil kulħadd bil-kitarra

Il-kantant ewlieni tal-Foo Fighters, Dave Grohl, ma kienx qed jistenna li daqsxejn ta’ tifel li tella’ fuq il-palk kien se jisraqlu x-xena. Mill-mument li dan it-tifel ingħata kitarra elettrika f’idejh, ħalla lill-udjenza mbellha.

Il-filmat ittieħed minn raġel li sitt xhur ilu kien parti mill-udjenza waqt kunċert f’Kansas, fl-Istati Uniti, iżda kiseb popolarità kbira fl-aħħar jiem meta ġie ppubblikat minn paġna tal-mużika segwita minn eluf kbar ta’ nies.

Viżibbilment impressjonat bit-talent ta’ dan iċ-ċkejken, Grohl iddeċieda li jirregalalu l-kitarra.

It-tifel fil-filmat huwa Collier Cash, li għandu wkoll paġna fuq Facebook li permezz tagħha jxerred is-siltiet li jdoqq. F’kumment taħt il-filmat, Collier qal li din kienet l-isbaħ ġurnata ta’ ħajtu, u li Grohl kien l-aqwa raġel li qatt iltaqa’ miegħu.

Dan it-tfajjel juża wkoll it-talent tiegħu biex jiġbor fondi għal tfal morda, speċjalment għall-ħabib tiegħu Super Bo, li jbati minn kundizzjoni ġenetika tant rari, li t-tobba semmewha Bo Syndrome, għalih.

One of the best things ever!!!

Gepostet von Brian Gittings am Freitag, 12. Oktober 2018

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Miljuni ta’ votanti f’wieħed u għoxrin pajjiż tal-Unjoni Ewropea qed jivvutaw fir-raba’ u l-aħħar jum tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew biex ikunu magħrufa s-751 ewroparlamentari li se jservu fil-ħames snin li ġejjin….

Barranin

Il-Peru jinsab taħt xokk hekk kif ftit tal-ħin ilu, terremot qawwi li mmarka 8.0 fiq l-iskala richter riegħed xi żoni tal-pajjiż. L-iktar milquta huma Yurimaguas u Tarapoto. L-epiċentru tat-terremot immarka fond…

Kurżitajiet

Ilbieraħ filgħaxija, vann li kien ipparkjat kemxejn ‘il barra mill-kaxxa tal-parking, wassal biex weħħel coach fi triq dejqa f’Paceville. Ix-xufier tal-coach irnexxielu jgħaddi biss bis-saħħa ta’ xi wħud li kienu…

Aktar