Barranin
ARA: Ittanta jiffilmja l-kukkudrilli mill-viċin iżda swietu qares

Raġel li kien qed iżur xmara fejn jgħixu l-kukkudrilli fi Florianopolis, fil-Brażil, xtaq li jkollu filmat ta’ dawn il-ħlejjaq mill-viċin.

Kien għalhekk li ħareġ bl-idea brillanti li jitfa’ l-iPad ġo borża tal-plastik issiġillata u jniżżilha fil-wiċċ tal-ilma.

Ġara iżda li l-kukkudrilli ma ħadux gost bil-kamera, b’wieħed minnhom jaħtaflu l-iPad u jissara miegħu sakemm qaċċatlu l-ħabel u telaq bih bejn snienu.

Aħbarijiet Oħra

Fl-Italja mas-70% tal-poplu vvota biex inaqqas id-daqs tal-Parlament tal-pajjiż b’aktar minn terz. Dan ifisser li l-għadd ta’ Membri Parlamentari jonqos minn 634 għal 400. Ma’ dan se jiċkien ukoll is-Senat.  B’kollox…

Minn tal-inqas terz mill-270 balena li telgħu max-xatt f’Tasmania mietu u hemm il-biża’ li se jmutu aktar. Bijoloġisti marittimi qed jaħdmu qatigħ u jagħmlu milli jistgħu sabiex isalvaw il-baleni. Sa…

Min-nhar il-Ħamis li ġej fl-Ingilterra, il-pubs, barijiet, ristoranti u stabbilimenti turistiċi se jkollhom jagħlqu fl-għaxra ta’ filgħaxija minħabba l-bżonn li tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19. Bil-liġi kull settur tal-ospitalità jrid iservi…

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Aktar