Lokali
ARA: Iwaddab xkora karti kollha insulti lejn il-membri tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar

Il-President u l-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar, ikkundanna l-att li sar dalgħodu kmieni, fejn twaddbu ammont kbir ta’ karti mimlija insulti lejn is-Soċjetà u l-Membri tagħha.

Fi stqarrija, is-Soċjetà qalet li dan l-aġir sar wara li fil-jiem li għaddew il-Kumitati taż-żewġ Għaqdiet tal-Banda fin-Naxxar urew sinjali ta’ għaqda reċiproka fejn żaru l-Każini ta’ xulxin. Huwa għalhekk li s-Soċjetà temmen li min wettaq dan l-aġir ma jridx li s-Soċjetà tkompli taħdem flimkien għall-iskopijiet tal-individwu li ddeskriviet bħala ”imsejkna”. Qalet ukoll li tinsab iddispjaċuta li għad hawn min irid ikompli jiżra’ l-firda u l-mibgħeda fin-Naxxar.

Il-Kumitat qal li se jieħu l-passi kollha meħtieġa skont il-liġi filwaqt li appella biex kull min għandu xi informazzjoni jersaq ‘il quddiem biex din il-persuna tinqabad, titressaq u tirrispondi għal għemilha.

Il-Kumitat tal-Għaqda Marija Bambina, Banda Vittorja min-naħa tagħhom ħarġu stqarrija fejn ikkundannaw dak li seħħ.

Is-Sindku tan-Naxxar, Ann Marie Muscat Fenech Adami avviċinat il-Membri taż-żewġ għaqdiet u ħadmet biex sar it-tindif meħtieġ.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar