Barranin
ARA: Iwaqqaf ferrovija fiċ-Ċilì biex isalva kelb abbandunat

Ħaddiem ta’ ferrovija fiċ-Ċilì waqqaf il-vjaġġ ħesrem meta lemaħ xena mhux tas-soltu waqt li kien għaddej fuq il-binarji fil-belt Llay Llay.

Filmat li ttieħed mill-ħaddiem stess juri kelb, li jidher abbandunat, marbut mal-binarji.

Meta l-ħaddiem resaq lejh, il-kelb beda jinbaħ, fejn donnu ma setax jiddeċiedi jekk għandux jifraħ jew jibża’ minn dan l-istranġier.

Il-Pulizija tal-belt qed tfittex xhieda bil-għan li tinqabad il-persuna responsabbli għal dan l-att krudili.

https://twitter.com/i/status/1140675559632097281

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uħud mill-protestanti li għad fadal imsakkrin f’università f’Honk Kong, pruvaw jaħarbu mill-Pulizija billi jgħaddu mill-pajpijiet tad-drenaġġ. Mijiet ta’ protestanti diġà ħallew l-università, iżda għad fadal min għadu imsakkar ġewwa. Il-kampus…

Ikel

Daqsxejn bigilla tajba ma’ xi kisra ħobż friska li tkun għadha ħierġa mill-forn, min ma taqagħlux żaqqu għaliha? Sempliċi għall-aħħar. Ma tridx xi għerf ta’ barra minn hawn biex tagħmilha….

Barranin

Ors Koala kien salvat min-nirien li ħakmu postijiet varji fi New South Wales, fl-Awstralja. Mara li nzertat għaddejja mill-inħawi tal-foresta li kienet qed taqbad viċin Port Macquarie, rat lill-koala jaqsam it-triq….

Edukazzjoni

Minn żmien għal żmien, il-moda tinbidel. U, bħalha, il-mudelli jmorru u jiġu wkoll. Il-mudelli tal-kitba, iżda, mhux talli ma jinbidlux, talli dejjem hemm biex jagħtuna daqqa t’id biex kemm jista’…

Aktar