Kurżitajiet
ARA: Iwasslu messaġġ bis-sinjali… taf x’qed jgħidu?

Għadd ta’ personalitajiet, politiċi u ċittadini komuni ngħaqdu biex iwasslu messaġġ sempliċi, iżda importanti, f’dan iż-żmien li għaddejja minnu Malta minħabba l-Covid-19.

F’dan il-messaġġ ma tingħadx kelma waħda, għax kulħadd qed juża l-lingwa tas-sinjali.

F’dan il-filmat, Ira Losco, Justin Haber, Owen Bonnici, Claire Agius, Oliver Scicluna, u Prof Charmaine Gauci qed jagħmlulna sinjal biex “Noqgħodu d-dar.”

Noqogħdu d-Dar

Abbiltajiet differenti, lingwi differenti, kulturi differenti, twemmin differenti iżda umanità waħda, b'għan wieħed – li nibqgħu sikuri.Il-komunità tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ f’Malta u Għawdex ingħaqdet ma' diversi personalitajiet minn madwar il-gżejjer biex twassal dan il-messaġġ bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Jekk jogħġbok ibqa' d-dar. Jekk jogħġbok żomm pajjiżna sikur. Jekk jogħġbok irrispetta lil dawk vulnerabbli u lill-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa.Dan il-video nħoloq mill-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ flimkien mal-Kunsill tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Grazzi speċjali lill-parteċipanti kollha kif ukoll lil dawk kollha involuti biex dan il-video jkun possibbli <3 #noqogħduddar #LingwaTasSinjaliMaltija______________________________________________Different abilities, different languages, different cultures, different beliefs but one humanity with one goal – to stay safe. The Deaf community in Malta and Gozo teamed up with various personalities from across the islands to deliver this message in Maltese Sign Language. Please stay home. Please keep our country safe. Please respect the vulnerable and our healthcare workers. This video was created by Deaf People Association – Malta in conjunction with the Maltese Sign Language Council. Special thanks to all participants as well as all those involved in making this video possible <3 #stayhome #staysafe #socialdistancing #MalteseSignLanguage #COVID19

Gepostet von Deaf People Association – Malta am Samstag, 4. April 2020

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Partit Nazzjonalista ippreżenta tmien proposti bħala parti minn patt soċjali li jindirizzaw il-konsegwenzi tal-Covid-19 fuq il-familji. Il-viċi Kap tal-partit għall-affarijiet tal-parlament, David Aguis ippropona għajnuniet għall-persuni vulnerabbli biex ikollhom impjiegi…

COVID-19

Iż-żamma tad-distanza soċjali, l-iġjene u l-ilbies tal-maskri huma l-miżuri ewlenin ta’ prekawzjoni mħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa li jridu jkomplu jiġu segwiti anke meta nhar il-Ġimgħa jispiċċaw bosta restrizzjonijiet. Il-Ministeru tas-Saħħa qal…

Infrastruttura

Infrastructure Malta rċeviet sitt offerti għall-ewwel fażi tal-proġett biex twassal sal-mollijiet fil-Port il-Kbir biżżejjed provista tal-elettriku biex cruise-liners u vapuri oħra jkunu jistgħu jitfu l-magni meta jkunu sorguti mal-mollijiet. L-attivita’…

Aktar