Lokali
ARA: Ix-Xemx jirrakkonta dwar ir-riħ, il-baħar u l-ħajja ta’ dari

Qabel ma t-tbassir tat-temp beda jitwassal mill-mezzi tax-xandir, il-pinnur kien l-iktar strument semplici għal bosta li f’xogħolhom jiddependu fuq ir-riħ biex jippjanaw il-ġurnata tagħhom.

Bħala parti mill-proġetti ta’ Valletta 2018, b’kollaborazzjoni mar-Rubberbodies Collective, f’dawn l-aħħar xhur fl-erba’ rħijat tal-gżejjer Maltin tqegħdu strutturi relatati mar-riħ, bl-istruttura tal-pinnur titqiegħed fl-aktar raħal imbiegħed – l-Għarb Għawdex.

Kif iltqajna ma’ Ġorġ Mifsud magħruf bħala ‘ix-Xemx’ fid-dar tiegħu fl-Għarb, beda jurina r-ritratti tal-imgħoddi u jirrakkonta b’nostalġija l-ħajja ta’ dari.

“Ċerti affarijiet kienu aħjar mil-lum, għaliex? Konna kalmi iżjed… kollox tieħu bil-mod, mhux bil-mod voldieri ma tagħmel xejn, imma d-dinja ma kenitx mgħaġġla daqskemm hi llum” qal Ġorġ.

Ġorġ Mifsud, li jgħodd 81 sena, għandu passjoni kbira għall-folklor, tant li kien waqqaf grupp ta’ mużiċisti tradizzjonali. Fl-aħħar xhur irrakkonta l-esperjenzi tiegħu dwar ir-riħ u l-baħar f’wieħed mill-proġetti ta’ Valletta 2018 imsejjaħ “il-Pinnuri”. Bl-għajnuna ta’ rakkonti oħra mir-residenti mill-erba’ rjiħat tal-gżejjer Maltin – l-Imġarr, Marsaxlokk, Tas-Sliema u l-Għarb – inħolqu biċċiet tal-arti permanenti, bħal ‘Pinnur’ tefgħa ta’ ġebla mill-kappella ta’ San Dimitri.

Il-programm kulturali ta’ Valletta 2018 jinkludi aktar minn 450 attività li se jsiru matul is-sena d-dieħla, titlu li ngħata lill-Belt Kapitali Maltija li iżda qed jinqasam bejn il-lokalitajiet kollha fil-gżejjer Maltin anke dawk l-aktar imbegħda fosthom l-Għarb hawnhekk f’Għawdex.

Victoria Martha Pace li hi l-kordinatur reġjonali għal Għawdex ta’ Valletta 2018 spjegat li bil-proġetti li qed isiru qed titwassal il-kultura wara bieb kulħadd tant li wħud mhux qed ikunu konxji li huma involuti f’proġetti tal-Fondazzjoni.

“Ħafna drabi ma nkunux nafu li qegħdin inkunu fi proġett ta’ Valletta 2018 qed ngħid dan għax għandna ħafna proġetti fl-iskejjel li qed iduru madwar Malta u Għawdex fosthom proġett fl-iskola tar-Rabat Għawdex jismu poetry in potato bags” qalet Victoria Martha Pace.

F’dan il-każ il-poeżiji tat-tfal Għawdxin se jintbagħtu fi skejjel fil-belt ta’ Luwaden fl-Olanda li flimkien mal-Belt se jkollha t-titlu tal-kapitali Ewropea tal-Kultura.

Qabel ħallejna l-Għarb, lil Ġorġ Mifsud qalilna li jinsab ħerqan li jkun involut fil-festa msejħa ‘Valletta 2018′, “jien għalija din l-aħħar ta’ żmieni u nixtieqha tkun suċċess,” stqarr Ġorġ.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inawgura s-Sala San Ġorġ Preca, waħda mill-ewwel swali li ġiet irranġata bħala parti mill-istrateġija ta’ għaxar snin għas-saħħa mentali. Minn għada din…

Lokali

Id-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta waqfet passiġġier li kellu fuqu €34,220 fi flus kontanti mhux iddikjarati. Il-passiġġier kien sejjer l-Amman. Meta kien mistoqsi minn uffiċjal tad-Dwana dwar kemm kellu flus,…

Lokali

Studenti u żgħażagħ Għawdxin ta’ bejn is-16 u l-20 sena jistgħu jerġgħu japplikaw għall-iskema ‘work trial scheme for youths’ li permezz tagħha jgawdu minn ħlas ta’ €85 fil-ġimgħa għal total…

Qorti

Raġel ta’ 28 sena mix-Xagħra tressaq il-Qorti akkużat li f’diversi ġranet bejn il-15 u s-17 ta’ Ġunju 2019, f’diversi postijiet ġewwa l-gżira t’Għawdex, hedded, żamm persuna kontra l-volontà tagħha, u kiser…

Aktar