Internet
Ara: Ixgħel il-kamera jekk meħtieġ u żomm il-kuntatt virtwali bla periklu

Matul l-aħħar xhur straordinarji, ħobbha jew ogħbodha, it-teknoloġija lkoll ġejna bżonnha. Kienet kruċjali, fost l-oħrajn, biex bosta anzjani ma jinqatgħux għalkollox minn mal-għeżież tagħhom fil-qilla tal-pandemija.

Minkejja l-għadd ta’ benefiċċji li ġġib magħha t-teknoloġija, dak li jkun xorta waħda għandu joqgħod b’seba’ għajnejn meta jiġi biex jużaha. Fost l-oħrajn, l-użu tal-hekk imsejjaħ video conferencing mhux dejjem ward u żahar.

F’filmat maħdum minn Cyber Security Malta fi ħdan l-Aġenzija tal-Gvern għat-Teknoloġija tal-Informatika, il-MITA, inġibdet l-attenzjoni għall-fatt li waqt telefonati onlajn l-attakki mill-kriminali ma jonqsux. Intqal, li jista’ jagħti l-każ li jkun hemm min jirnexxilu jidħol jissemma’ d-diskors bit-tama li jislet kull xorta ta’ informazzjoni għall-gwadann tiegħu.

F’dan l-isfond, fost l-oħrajn, Cyber Security Malta tagħti parir biex dak li jkun fejn jista’ juża password biex ma jidħlux nies mhux awtorizzati kif ġieb u laħaq waqt it-telefonata.

Tajjeb ukoll, li meta wieħed iċempel onlajn jixgħel il-kamera sabiex dak li jkun iserraħ rasu li jaf ma’ min qed jitkellem. Daqstant ieħor importanti, li s-software utilizzat ikun aġġornat bl-aħħar teknoloġija tas-sigurtà, aktar u aktar meta hemm informazzjoni sensittiva fin-nofs.

Aħbarijiet Oħra

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Illum fis-18:15 fuq TVM ser ikunu qiegħed jintwera programm bil-kanzunetti li għaddew għall-finali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020.  F’dan il-programm ser naraw 12-il kanzunetta li ġew interpretati live quddiem…

Minn għada TikTok u WeChat mhux se jkunu jistgħu jitniżżlu mill-app stores fl-Istati Uniti, sakemm il-President Donald Trump ma jilħaqx ftehim fl-aħħar ħin. L-amministrazzjoni ta’ Trump temmen li dawn l-apps…

Wara li s-sena l-oħra, Duncan Laurence rebaħ il-Eurovision l-Olanda kienet ħerqana sabiex tospita u torganizza l-Eurovision 2020. Madankollu, minħabba l-COVID-19 il-pjanijiet ma marrux kif wieħed xtaq u stenna. Il-pandemija waslet…

Aktar