Barranin
ARA: Iżrael bi stat ta’ emerġenza fil-belt Lod – 40 maqtula fil-kunflitt

Iżrael iddikjara stat ta’ emerġenza fil-belt ta’ Lod wara rvellijiet minn Għarab Iżraeljani, fl-isfond tal-eskalazzjoni fil-ġlied bejn l-armata Iżraeljana u militanti Palestinjani.

Fl-irvellijiet mietu missier u bintu li kienu f’karozza li ntlaqtet minn rocket. Il-vittmi huma Għarab Iżraeljani.

Il-militanti Palestinjani qed jisparaw rockets f’Iżrael, waqt li Iżrael qed jattakka lil Gaza mill-ajru.

B’kollox s’issa huwa kkalkulat li nqatlu 40 persuna f’dak li jista’ jitqies bħala l-agħar kunflitt vjolenti fl-aħħar snin bejn iż-żewġ nazzjonijiet.

Ara wkoll:

Appell għall-kalma wara ġranet ta’ konfrontazzjonijiet bejn pulizija Iżraeljana u l-Palestinjani