
Ryan għad għandu 7 snin u jagħmel $22 miljun fis-sena.
Dan it-tifel Amerikan għandu talent – jaf jiġbed is-simpatija tan-nies fuq Youtube bir-reklamar tiegħu tal-ġugarelli.
Huwa qed fil-quċċata tal-lista ta’ Youtubers li jagħmlu l-aktar flus bil-filmati li jtellgħu.
Ryan, bl-għajnuna u l-kunsens tal-ġenituri tiegħu, jtella’ filmati fejn juri u jitkellem dwar il-ġugarelli u l-ikel tat-tfal li hemm fis-suq.
It-tifel ċkejken ħa l-fama fl-2015 meta kien għad kellu biss 4 snin u lissen ix-xewqa li jibda jipproduċi l-filmati tiegħu onlajn.
Aktar kmieni dis-sena, Ryan irnexxielu jikseb kuntratt ma’ Walmart fejn xogħolu huwa li jirriklama għall-biegħ il-prodotti magħrufa aħjar bħala “Ryan’s World”.
Iljun li kien fuq siġra ġie salvat wara li ntlemaħ minn sid il-ġnien f’Kalifornja. Ħaddiema tal-protezzjoni ssejħu fi proprjetà f’San Bernardino wara li ntlemaħ l-iljun fuq siġra f’għoli ta’ 15-il…
Ħabsi fi Florida uża l-ħiliet kriminali tiegħu għal kawża ġusta. Flimkien ma’ erba’ ħabsin oħra huwa fetaħ karozza li fiha kien hemm tarbija msakkra. Il-ħabsin fetħu l-karozza wara li missier…
Deputati fil-Parlament Ingliż appellaw li siti soċjali bħal Facebook biex jirrikorru għal azzjoni urġenti kontra l-aħbarijiet foloz li jinxterdu fuq il-pjattaformi tagħhom. Waqt laqgħat ta’ Kumitat Parlamentari Ingliż, id-Deputati qalu…
Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li l-partiti l-kbar tal-pajjiż u l-parlament ġew milquta minn hacking serju fuq in-networks tal-kompjuters tagħhom. Skont il-Prim Ministru Awstraljan l-attakk ta’ hacking sar b’mod…