Barranin
ARA: Jagħmel xenata fuq l-ajruplan wara li qabad titjira b’oħra

Raġel fl-Italja li qabad titjira b’oħra tagħtu rasu meta nduna li niżel fl-ajruport il-ħażin.

Il-każ seħħ it-Tnejn li għadda, meta minn Pisa l-passiġġier qabad titjira ta’ Ryanair lejn Bari, minflok lejn Cagliari.

F’filmat li ttieħed minn passiġġier ieħor fuq l-ajruplan, il-passiġġier li qabad titjira b’oħra jinstema’ jitbaqbaq u jitkellem ħażin mal-ekwipaġġ tal-ajruplan.

Ir-raġel staqsa lill-ekwipaġġ kif ħallewh jitla’ fuq titjira ta’ Bari b’biljett ta’ Cagliari, waqt li tkaża għax kienu wkoll ġiegħluh iħallas miżata żejda fuq il-prezz tat-titjira.

Qal li kellu sieħbu marid f’Cagliari, u li wara li nefaq €400 fuq din it-titjira ma kienx baqgħalu sold.

Fi stqarrija l-kumpanija Ryanair qalet li kienet talbet lill-operatur inkarigat mis-servizzi tal-assistenza fl-ajruport biex jitfa’ dawl fuq il-każ.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uffiċjal tas-sigurtà f’ajruport fi New York tkeċċiet mix-xogħol wara li tat nota lil passiġġier li fiha kien hemm miktub “Int ikrah”. Il-każ li seħħ f’Ġunju fi Greater Rochester International Airport. Il-filmat,…

Barranin

Raġel li raqad fuq saqqu li jintefaħ sab ruħu għadd ta’ kilometri ‘l bogħod fl-Istrett ta’ Messina, il-fliegu ta’ bejn l-Italja u Sqallija. Wara tfittxija ta’ disa’ sigħat, ir-raġel minn Reggio…

Barranin

Tkompli għaddejja l-kontroversja dwar il-vapur taż-żejt Iranjan li kien ilu miżmum minn Ġibiltà minn Lulju minħabba suspetti li kien qed iġorr iż-żejt lejn is-Sirja. Il-vapur issa telaq minn Ġibiltà minkejja…

Barranin

Kelliema għall-għaqda mhux governattiva Spanjola, Proactiva li topera l-vapur ‘Open Arms’ qalet li l-vapur ma jistax ibaħħar u jiżbarka fil-port ta’ Algeciras fin-naħa t’isfel ta’ Spanja, minħabba li ddeskriviet is-sitwazzjoni…

Aktar