Ikel
Ara: Jagħmlu focaccia tqarmeċ ta’ Sqallija, ir-riħa biss taqsamlek qalbek

Marinella u Francesco, is-sidien ta’ ‘La Fattorietta’, agrituriżmu fi Frigintini fi Sqallija, laqgħu lill-preżentatur ta’ ‘TVAM’ Quinton Scerri u lit-tim tiegħu b’dirgħajhom miftuħa bil-għan li jsajru xi ħaġa bnina flimkien.

Fost l-oħrajn, ilkoll xammru l-kmiem u sajru għadd ta’ focacce. Liema ikel, mhuwiex il-focaccia kif nafuha aħna l-Maltin u l-Għawdxin. L-għamla u l-mili tal-focacce Sqallin għandhom xeħta u togħma partikolari għall-aħħar.

Ilkoll, għaġnu l-għaġina, ħawwruha b’għadd ta’ taħlitiet friski tal-lokal u ħmewha. Ir-riħa biss tal-focaccia tqarmeċ ħierġa mill-forn, taqsamlek qalbek.