Barranin
ARA: Jaħbtu f’xulxin 2 ajruplani fuq il-mitjar

Fl-ajruport ta’ Istanbul-Atatürk, żewġ ajruplani spiċċaw ħabtu f’xulxin fuq il-mitjar.

Ajruplan tal-Asiana Airlines baqa’ dieħel f’ajruplan ieħor ta’ Turkish Airlines wara miskalkolu.

Fil-filmat, l-Asiana Airlines jidher iqaċċat biċċa minn denb l-ajruplan tat-Turkish Airlines.

Qed jingħad li l-Asiana Airlines kien qed jipprepara għat-titjira kmieni – ħafna qabel mal-ajruplan tat-Turkish Airlines lesta mill-manuvri kollha tal-inżul.

B’kawża tal-inċident, iż-żewġ titjiriet ġew ikkanċellati.

Ħadd ma weġġa’ fl-inċident.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel. Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma…

Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Aktar