Barranin
ARA: Jaħtfulhom il-mobile waqt li jkunu fejn il-baħar bit-tfal

Mhux soltu li membri tal-Protezzjoni Ċivili jduru fuq il-bajjiet inkiss inkiss u jisirqu l-mobiles minn idejn in-nies. Iżda dan kien proprju dak li għamlu uffiċjali tas-salvataġġ fl-Iżvezja.

Is-Södra Älvsborg Rescue Service Association ħadmet filmat li spiċċa dar id-dinja għaliex wassal messaġġ importanti li tista’ tgħid li jgħodd għal kulħadd.

Fil-filmat membri tas-salvataġġ jidhru jduru fuq il-bajjiet u jaħtfu l-mobiles minn idejn il-ġenituri li uliedhom ikunu qed jilgħabu fl-ilma, filwaqt li jgħidulhom biex iżommu għajnejhom fuq it-tfal, u mhux fuq il-mobile.

Tbeżbiża f’waqtha li tista’ ssalva l-ħajja ta’ tifel jew tifla.

Xerred l-istorja biex tmexxi l-messaġġ.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Imħallef f’Pennsylvania kkundanna lill-attur Bill Cosby għal tlieta sa għaxar snin ħabs għal attakk sesswali. Cosby ta’ 81 sena ġie kklassifikat bħala predatur sesswali u vjolenti u dan ifisser li…

Barranin

Dan huwa l-mument meta ħaddiema tas-salvataġġ marru jeħilsu lil mara li spiċċat fil-periklu li taqa’ fix-xmara Thames wara li salvat lill-kelb tagħha mill-għarqa. Il-mara kienet qed iżżomm ma’ sellum li…

Reliġjon

Il-Papa Franġisku wasal fil-kapitali tal-Estonja, Tallin, fl-aħħar ġurnata tat-tour tiegħu fil-pajjiżi Baltiċi. Huwa kien milqugħ fl-ajruport mill-President Estonjan Kersti Kaljulaid. Minbarra laqgħat ma’ uffiċjali tal-gvern u anke kkonċelebra Quddiesa, il-Papa…

Kurżitajiet

Illejla tista’ terġa’ tidħol biċ-ċans li tkun rebbieħ ta’ €138 miljun jekk tieħu sehem fil-lotterija EuroMillions Superdraw.  Dan hekk kif nhar il-Ġimgħa ma kien hemm ħadd li ħareġ rebbieħ tal-jackpot….

Aktar