Barranin
Ara: Jaqa’ minibus f’Capri – għexieren midruba

Minibus li kien qed iġorr għadd ta’ persuni tefgħa ta’ ġebla bogħod mill-bajja ta’ Marina Grande f’Capri fin-naħa t’isfel tal-Italja inqaleb u ħalla għexieren ta’ persuni midruba.

Skont rapporti fil-midja Taljana, il-minibus waqa’ għoli ta’ madwar sitt metri u persuna ġarrbet ġrieħi gravi.

Fuq il-post issejħu għadd ta’ ambulanzi li qed jieħdu lill-vittmi fl-isptar Capilupi ta’ Capri biex jingħataw il-kura meħtieġa.

Ara wkoll:

Jitlef ħajtu x-xufier tal-minibus li waqa’ f’Capri