
Il-Pulizija Taljana qalet li skopriet ċirku internazzjonali ta’ traffikar ta’ ġriewi li kien qed jittrasporta klieb vera żgħar mil-Lvant tal-Ewropa u jbigħhom b’mod illegali fl-Italja għal mijiet ta’ ewro.
Sitt Taljani, Polakk u Slovakk ġew akkużati wara ftit inqas minn sena ta’ investigazzjoni. Il-pulizija qalet li bdiet tinvestiga wara li kienet waqqfet vann b’65 ġeru, li kienu żgħar wisq biex jiġu separati minn ommhom.
Il-ġriewi kienu qed jingħataw ċertifikati Taljani foloz qabel ma jinbiegħu. Il-pulizija jistmaw li ġeru li fis-Slovakja jiswa bejn €50 u €100, fl-Italja kien qed jinbiegħ b’dokumentazzjoni falza għal bejn €750 u €850.
Ingliża kellha triplets minkejja li kienet qed tieħu pillola li suppost kellha tkun kontraċettiv. Hannah Donaghue ta’ 29 sena minn Northampton bdiet tieħu dawn il-pilloli 8 snin ilu wara li…
Kulħadd xortih fid-dinja u jidher li l-qattus ta’ Karl Lagerfeld għandu xorti tajba. Chiupette għandu ċans li jiret mal-€172 miljun wara li sidu miet ilbieraħ fl-età ta’ 85 sena. Waqt…
Jiftaħ uffiċjalment illum is-summit fil-Vatikan dwar il-prevenzjoni tal-abbużi sesswali fuq it-tfal, b’isqfijiet minn madwar 130 pajjiż. Din il-laqgħa għolja qed titqies bħala sforz ewlieni xprunat mill-Papa Frangisku biex tkun indirizzata…
Shamima Begum, li ngħaqdet mal-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu Stat Iżlamiku fis-Sirja meta kellha ħmistax-il sena, tilfet iċ-ċittadinanza tar-Renju Unit. L-avukat tal-familja Begum, qal li l-familja hija diżappuntata bid-deċiżjoni u…