Toroq
Ara: Jaqbel ma’ dawl b’sensors fit-toroq bil-lejl għal inqas ħela

Fit-teknoloġija, fl-industrija u fil-kummerċ, mal-medda tas-snin, il-bniedem għamel passi ta’ ġgant għalkemm b’xorti ħażina dan kultant ġie bi prezz qares, ibda mill-arja li nibilgħu kull sekonda.

It-tniġġis, ħafna drabi, norbtuh ukoll mal-plastik li jtella’ l-baħar. U, fost l-oħrajn, għalkemm forsi mhux daqstant konxji, mad-dawl ta’ madwarna.

Waqt ‘TVAM’, il-Kap Eżekuttiv ta’ Bird Life Malta, Mark Sultana, stqarr li dawl żejjed mhu tajjeb għal ħadd, u li, qabelxejn, dan għandu mpatt sostanzjali fuq l-ambjent u l-ħlejjaq li jeżistu fil-gżejjer tagħna.

Is-Sur Sultana żied jgħid li, lil hinn min-natura, il-komunità xjentifika f’dawn l-aħħar snin sabet ukoll li l-ħela ta’ dawl taffettwa anki s-saħħa tal-bniedem, u li tista’ twassal għal livelli ogħla ta’ ansjetà.

F’dan l-isfond, fost l-oħrajn, il-Kap Eżekuttiv ta’ Bird Life Malta fisser kif fis-satra tal-lejl, meta t-toroq ikunu baħħ, ma hemmx għalfejn li dawn jitħallew mixgħula ljieli sħaħ għalxejn. Minflok, bħalma diġà jsir f’għadd ta’ postijiet barra minn xtutna, id-dawl jista’ jinxtegħel u jintefa b’sistema ta’ sensors.

Aħbarijiet Oħra
Artiġjanat

Kull pajjiż madwar id-dinja miżgħud bis-snajja’ u t-tradizzjonijiet partikolari u distinti li wiret mingħand missirijietu. U, il-gżejjer Maltin, xejn anqas. Fost l-oġġetti ta’ preġju u li huma parti integrali mill-identità…

Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Trasport

Ir-Renault Clio 5, l-aħħar mudell maħruġ mill-kumpanija Franċiża Renault, għadha kemm ġiet iċċertifikata mill-Euro NCAP bħala l-aktar karozza sigura li hawn fis-suq. Saħansitra, anki meta mqabbla ma’ karozzi oħra li…

Barranin

Filmat li kiseb popolarità kbira fuq il-midja soċjali juri l-mument li mewġ kbir jogħla fuq id-djar fil-gżejjer Baleariċi. Maltempata kbira, imlaqqma Gloria, ħakmet partjiet varji ta’ Spanja fl-aħħar jiem, b’mod…

Aktar