Barranin
ARA: Jaqbeż 11-il sular minn cruise liner bi sfida ma’ sħabu

Żagħżugħ li qabeż minn gallarija fil-11-il sulsar ta’ cruise liner li kien sorġut fil-Bahamas jista’ jgħoddha b’waħda, hekk kif ħeles biss bi ftit uġigħ.

Wara l-episodju Nick Naydev, Kanadiż ta’ 27 sena li huwa ġinnasta, qal li kien għamel din il-qabża bla wisq ħsieb, waqt li kien qed jiċċajta ma’ sħabu u sfidahom li lest jaqbeż mill-gallarija. Ammetta li dak li għamel kien perikoluż ħafna, u appella biex ħadd ma jikkupjah.

Il-filmat ta’ Naydev jaqbeż għal isfel fost l-għajjat u ċ-ċapċip ta’ sħabu, spiċċa dar id-dinja fuq il-midja soċjali u l-mezzi tax-xandir.

Din il-ġennata kienet apprezzata ferm inqas mill-kumpanija tal-cruise liner, ir-Royal Carribean, li keċċiet immedjatament lil Naydev u lil sħabu minn fuq il-vapur, u waqqfithom milli qatt jerġgħu jivvjaġġaw magħha.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tifel ta’ 14-il sena miet wara li missieru waqa’ minn fuq is-sellum għal fuqu. L-inċident seħħ f’Ruma waqt li l-missier u l-iben kienu qed jgħinu lil xulxin waqt li jirranġaw…

Barranin

Il-kardinal Ġermaniż Reinhard Marx qal li hemm evidenza ċara li dokumenti dwar abbużi sesswali tat-tfal inqerdu, biex jinħeba l-abbuż li kompla għaddej bla xkiel. “Files that could have documented the…

Barranin

Il-President tas-Sudan, Omar al-Bashir, iddikjara stat ta’ emerġenza, xolja l-gvern federali u keċċa l-gvernaturi tal-istat kollha. Sigħat wara, Bashir ħatar membri tal-forzi tal-ordni bħala gvernaturi u żamm lill-ħames membri tal-kabinett,…

Barranin

L-Italja wkoll maħkuma minn maltemp qawwi li miegħu mhux biss ġab ħsarat kbar iżda ħasad ukoll il-ħajja ta’ 3 persuni. Fi Frosinone, 2 persuni tilfu ħajjithom u ħalla 2 oħra…

Aktar