Barranin
Ara: Jaqbeż m’għola 5 sulari u jsalva – qattus jiżgiċċa n-nirien

F’filmat li spiċċa jdur fuq il-midja soċjali, qattus iswed tuta jidher jaqbeż mill-ħames sular ta’ bini m’għola s-sema bit-tama li jiżgiċċa n-nirien u jsalva.

Il-bini, li jinsab f’Chicago l-Amerka, inħakem min-nar. Il-qattus, li kien maqbud fil-ħames sular tal-istruttura, ma kkonfonda xejn. Resaq lejn tieqa minnhom, u frisk daqs ħassa ntelaq għal isfel u niżel mal-art qisu mhux hu.

In-nirien intfew minnufih u b’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.