
Familja li tgħix f’San Pawl il-Baħar dalgħodu ħadet sorpriża kerha meta sabet parti mill-ħajt tal-bitħa maqlub.
Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bil-każ fi Triq San Pawl għall-ħabta tal-11.00am.
Crew ta’ TVM li mar fuq il-post seta’ josserva kif parti mill-ħajt inbeżaq ‘il ġewwa, waqt li tul ħajt ieħor tidher konsentura kbira.
Fuq in-naħa ta’ wara tal-ħajt, fis-sit ta’ biswit id-dar, għaddejjin xogħlijiet bl-użu ta’ gaffa.
Fuq il-post marru l-Pulizija, kif ukoll uffiċjali tal-BRO biex jinvestigaw.
F’żewġ każijiet separati, llum żewġt irġiel ippruvaw iweġġgħu lilhom infushom waqt li kienu miżmuma fil-lock-up tal-Pulizija. L-ewwel każ seħħ fis-sagħtejn neqsin kwart u nvolva raġel Eġizzjan, waqt li t-tieni każ…
Min-nhar l-Erbgħa sal-Ħadd li ġej it-toroq fiċ-ċentru tar-Rabat qed jilqgħu ir-raba’ edizzjoni ta’ Natalis Notabilis, l-ikbar villaġġ tal-Milied f’Malta. Fost l-attrazzjonijiet, bankarelli b’ikel tradizzjonali tal-Milied, logħob għat-tfal u produzzjonijiet tad-drama…
Ikomplu jterrqu fil-lokalitajiet u anke fuq il-mezzi tal-media biex jirbħu l-qlub u l-vot tal-attivisti Laburisti li fil-11 ta’ Jannar iridu jgħażlu bejn id-deputat Prim Ministru Chris Fearne u d-Deputat Robert…
Mara u raġel skansaw il-ħabs u ġew illiberati mill-akkużi kollha wara li appellaw minn sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati. Anne Axiak ta’ 48 sena kienet weħlet 14-il xahar ħabs u Edward Grech…