Stejjer Umani
ARA: Jaqsmu ma’ kulħadd il-vjaġġ li għamilhom ġenituri

Kien vjaġġ twil ħafna, litteralment, għal koppja Maltija li saru ġenituri meta addottaw tifel ċkejken mill-Indja.

Fabrizio Ellul u Feliciann Aquilina saru l-ġenituri ta’ Aman iktar kmieni din is-sena, u telgħu fl-Indja biex iġibu lil binhom Malta.

F’filmat li tellgħu fuq il-midja soċjali, il-koppja qasmu ma’ kulħadd il-vjaġġ li kabbar il-familja tagħhom, u qalu li din is-sena kienu ħadu l-aqwa rigal.

Kien proċess twil, iżda kienu mumenti emozzjonanti meta ltaqgħu ma’ Aman għall-ewwel darba. Wara ftit minuti ta’ mistħija, Aman dlonk mar f’dirgħajn ommu, u jidher li malajr beda jħossu komdu.

Dan kollu huwa evidenti fil-filmat, li juri wkoll lil Aman bħala tifel ferrieħi, jfaqqa’ d-daħk u jiċċaċra mal-ġenituri li għadu qed isir jafhom bil-mod.

Ara hawn il-vjaġġ emozzjonanti ta’ din il-familja:

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Aktar