Barranin
ARA: Jarrestawhom wara li jinqabdu jilgħabu bil-goff bit-tarbija tagħhom

Ġenituri Russi ta’ tarbija ta’ ftit xhur ġew arrestati wara li, fuq filmat li nxtered fuq il-midja soċjali, dehru qed ixenglu u jilgħabu bil-goff bit-tarbija tagħhom.

Il-koppja kienu fuq btala fil-Malażja, f’Kuala Lampur meta nqabdu fuq filmat ixenglu b’mod perikoluż u jgħollu lit-tarbija tagħhom fl-arja.

Il-ġenituri żgħażagħ tat-tarbija ġew arrestati fuq biża’ li kkawżawlha xi ħsara f’saħħitha.

Kienu bosta fuq il-midja soċjali li esprimew ir-rabja għall-atteġġjament tal-ġenituri li qalu huma rresponsabbli u li pperikolaw il-ħajja ta’ binthom.

B’xorti tajba, it-tarbija ma sarilha ebda ħsara f’saħħitha.

Jidher li dan mhux każ iżolat, l-għaliex xi wħud jemmnu li dat-tip ta’ logħob u eżerċizzju jgħin lit-trabi jiżviluppaw aħjar u malajr.

Diversi sorsi qed jirrappurtaw ukoll li minkejja li kienu fuq btala, il-ġenituri kienu wkoll qed jittallbu u jagħtu ”shows” bit-tarbija tagħhom biex ikunu jistgħu jmantnu lilhom infushom.