Barranin
ARA: Jarrestawhom wara li rredikolaw il-mewt ta’ Sala waqt logħba football

Żewġ partitarji tas-Southampton ġew arrestati wara li waqqgħu għaċ-ċajt il-mewt tal-plejer Emiliano Sala li miet traġikament, ftit tal-ġimgħat ilu, meta ġġarraf l-ajruplan li kien qed jivvjaġġa fuqu.

L-irġiel dehru qed jagħmlu mossi ta’ ajruplan qed jiġġarraf waqt logħba bejn Southampton u Cardiff – b’dan tal-aħħar kien it-tim tal-football li kien mistenni jingħaqad miegħu Sala.

L-irġiel ġew arrestati meta dar filmat fuq il-midja soċjali fejn dehru qed iwaqqgħu għaċ-ċajt il-mewt ta’ Sala u t-tim ta’ Cardiff.

Il-klabb ta’ Southampton ikkundanna l-aġir ta’ dawn il-partitarji u qal li se jkun qiegħed jieħu azzjoni dwar dan il-każ. Qal li, l-aġir ta’ dawn l-irġiel kien tal-mistħija u mhux aċċettabbli f’dan iż-żmien sensittiv.

Qabel ma bdiet il-logħba bejn Southampton u Cardiff, il-memorja ta’ Sala ġiet imfakkra b’minuta silenzju. Cardiff rebħu l-logħba 2-1.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Xufier tħalla klinikament mejjet wara argument fuq l-ilbies u l-użu tal-maskri abbord xarabank f’Bayonne, fi Franza. Ix-xufier ta’ 50 sena tħalla bi ġrieħi serjissimi f’rasu dan wara li rrifjuta jtella’…

Barranin

Nick Cordero kellu biss 41 sena u miet minn kumplikazzjonijiet wara li ħakmu l-Covid-19. Cordero kien magħruf l-aktar għall-irwoli li kellu fi Broadway u ħalla warajh lil martu u ibnu…

Barranin

Tħabbret il-mewt tal-kompożitur Taljan tal-films, Ennio Morricone. Morricone miet fl-eta’ ta’ 91 sena f’Ruma. Matul il-karriera ta’ suċċess, Ennio Morricone rebaħ żewġ Oscars, wieħed fl-2007 u ieħor fl-2016. Magħruf bħala…

Barranin

Persuni li kienu qed isuqu minn ġo triq li taqsam foresta f’Bacau, fir-Rumanija, lemħu ors fil-ġenb tat-triq. Mara li kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi ddeċidiet li tinżel mill-vettura u tersaq qrib…

Aktar