
Għall-ħabta tal-5.30 p.m. wasal fil-Palazz ta’ Sant Anton il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, fejn huwa mifhum li kellu laqgħa mal-President tar-Repubblika, George Vella.
Dan l-iżvilupp qed iseħħ ftit tal-ħin wara li d-deputati tal-Partit Nazzjonalista Chris Said u Claudette Buttigieg ħarġu mill-Palazz ta’ Sant Anton fejn marru sabiex jiltaqgħu mal-President ta’ Malta George Vella, u jiddikjaraw li huma m’għadhomx jirrikonoxxu lil Adrian Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni, u minfloku jridu lid-deputat Therese Comodini Cachia.
Wara madwar siegħa, Dr Delia reġa’ ħareġ mill-Palazz, iżda ma tax kummenti lill-ġurnalisti dwar dak li kien diskuss fil-laqgħa mal-President, u t-triq ‘il quddiem għalih bħala Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista.
Wara ftit minuti li telaq Dr Delia, fil-Palazz dehru deħlin deputati oħra tal-Partit Nazzjonalista, fosthom Beppe Fenech Adami, Ivan Bartolo u Hermann Schiavone.
Ara wkoll: