COVID-19
ARA: Jaslu f’Malta 30 magna tan-nifs u 40,000 maskra mibgħuta miċ-Ċina

Waslu f’Malta dal-lejl 30 magna tan-nifs, magħrufa bħala ‘respiratory health devices’ li ngħataw bla ħlas miċ-Ċina lis-Sur Reno Calleja, President tal-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina.

Fi stqarrija l-għaqda qalet li dawn il-magni twasslu dritt fl-imħażen tal-Minsteru tas-Saħħa biex jekk ikun hemm bżonn jintużaw għal pazjenti morda bil-Covid-19. Intqal li barra l-magni nġiebu wkoll ukoll 40,000 maskra li ngħataw ukoll lill-Ministeru.

L-għaqda rringrazzjat lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo u lill-Ambaxxatur ta’ Malta fiċ-Ċina John Aquilina, kif ukoll lil dawk kollha li kkoperaw biex din l-għotja setgħet isseħħ.

Ara wkoll:

L-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina ġġib 20 ventilator b’xejn