Kronaka
AĠĠORNAT (3): L-aħwa Agius u Jamie Vella jwieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom – Degiorgio ma jweġibx

Adrian Agius ta’ 42 sena u ħuh Robert Agius ta’ 37 sena, it-tnejn li huma jaħdmu fil-qasam tal-kostruzzjoni kif ukoll Jamie Vella ta’ 37 sena wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. George Degiorgio ta’ 58 sena sa issa ma jwieġeb l-ebda mistoqsija li saritlu.

Jamie Vella u George Degiorgio qed jiġu akkużati bil-qtil tal-Avukat Chircop filwaqt li Adrian Agius qed jiġi akkużat b’kompliċità f’dan id-delitt. Robert Agius u Jamie Vella qed jiġu akkużati b’kompliċità fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

F’dan l-istadju ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest iżda l-Prosekuzzjoni talbet għall-iffrizar tal-assi tal-akkużati. Il-Qorti laqgħet din it-talba.

L-4 arrestati b’rabta ma’ 2 delitti dehru quddiem il-Maġistrat Axiaq. Fosthom hemm Jamie Vella, l-akkużat li jinsab pożittiv bil-Covid-19.

Is-Supretendent għas-Saħħa tat eżenzjoni speċjali biex Vella jitressaq il-Qorti taħt il-kundizzjoni tiegħu. Huwa jinsab liebes l-ilbies protettiv biex ma jsirx tixrid tal-virus.

Il-ġurnalisti se jkunu qed isegwu l-każ mill-gallarija ta’ Awla 22.

Preżenti fil-qorti kien hemm l-avukati tal-familja Caruana Galizia Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia. Wieħed mill-avukati tal-akkużat Degiorgio huwa William Cuschieri. Preżenti fl-awla kien hemm ukoll l-avukati ta’ l-aħwa Agius u Jamie Vella; Alfred Abela u Renee Darmanin.

Fl-awla daħal ir-raġel ta’ Daphne Caruana Galizia, Peter kif ukoll binha Matthew u oħtha.

Il-prosekuzzjoni hija mmexxija minn Wayne Camilleri u Shaun Boni u l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Segwi hawn:

 

Ara wkoll:

Fil-11pm illejla se jitressqu 4 persuni l-Qorti