Kurżitajiet
ARA: Jeħel f’lift wara li għamel l-urina mal-buttuni

Tifel Ċiniż jeħel f’lift wara li ddeċieda jagħmel l-urina mal-buttuni.

Il-filmat li qed idur mal-midja soċjali, juri tifel Ċiniż li qabdu paniku sħiħ wara li rrealizza x’għamel b’idejh.

Jidher li l-lift waqaf jaħdem bl-urina li t-tifel xerred mal-buttuni tal-lift.

Il-Ministeru Ċiniż għas-Sigurtà Pubblika xerred dan il-filmat biex iwissi lill-ġenituri jżommu għajnejhom fuq uliedhom li jafu jdaħħluhom f’basla f’ħakka t’għajn.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Is-sħana li għamlet f’Ġunju kienet l-iktar waħda qawwija għal dan ix-xahar f’96 sena. Fi stqarrija, l-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li f’Ġunju t-temperatura medja laħqet 26.3°C, u l-aħħar…

Lokali

Pedro għandu sena, u ma jitflifx bulettin tal-aħbarijiet wieħed minn ta’ TVM. Il-favorit tiegħu iżda huwa ta’ nofsinhar, li jinqara minn Joe Dimech. Ommu, Maryanne Molina Xuereb, qalet lil TVM…

Barranin

Kelb fi New Jersey ma ħasibhiex darbtejn biex jeħodha ma’ ors li sab fil-ġnien tal-ġirien tiegħu. L-inċident inqabad minn kamera tas-sigurtà, u f’leħħa ta’ berqa dar mad-dinja wara li ttella’…

Aktar