Barranin
ARA: Jeħel m’arblu waqt parata quddiem ir-Re f’Madrid

Kollox mexa ħarir waqt parata militari fil-jum nazzjonali ta’ Spanja, għajr għall-mument sfortunat li fih suldat spiċċa mwaħħal m’arblu tad-dawl.

Il-membru tal-armata Spanjola niżel bil-paraxut, iġorr il-bandiera Spanjola. Meta kien kważi wasal biex jinżel quddiem il-kaxxa li fiha kien hemm ir-Re, ikkalkula ħażin u weħel m’arblu tad-dawl.

Il-folla viżibbilment maħsuda, tibda ċċapċap meta tinduna li l-paraxutista ma’ weġġax. Huwa kellu jibqa’ mdendel sakemm waslet l-għajnuna.

F’filmat separat, il-paraxutista jidher jemozzjona ruħu meta jiltaqa’ mar-Re, martu u l-Prim Ministru, li kkonslawh wara l-inċident li kellu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-ewwel ta’ Lulju, kull min jidħol fi Spanja mhux se jitqiegħed taħt kwarantina obbligatorja ta’ ġimagħtejn. Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa Spanjol hekk kif qal li minn Lulju se titneħħa l-miżura…

Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ddefenda wieħed mill-konsulenti tiegħu Dominic Cummings li waqt li l-pajjiż kien qiegħed f’lockdown, dan ivvjaġġa minn Londra lejn Country Durham minkejja li kellu s-sintomi tal-Coronavirus….

Barranin

Fir-Renju Unit, tissokta il-kontroversja dwar l-id il-leminija tal-Prim Ministru Boris Johnson, Dominic Cummings. Il-Prim Ministru Boris Johnson appoġġja lill-konsulent ewlieni tiegħu u qal li Cummings ma kellu ebda alternattiva oħra…

COVID-19

Wieħed mix-xjentisti li qed jaħdem biex tkun żviluppata tilqima kontra l-Covid-19 wissa, li l-vaċċin li qed taħdem fuqu l-Università ta’ Oxford, għandu 50% ċans li jaħdem, għax il-każijiet fir-Renju Unit…

Aktar