Internet
Ara: Jekk għandek negozju onlajn huwa tajjeb li tkun taf…

Ix-xiri onlajn joffri firxa wiesgħa ta’ prodotti u kull xorta ta’ prezzijiet għall-but ta’ kulħadd. Dak li jkun sar jista’ jinqeda f’kemm ili ngħidlek mingħajr ma joqgħod jinqala’. Minkejja l-għadd ta’ benefiċċji tax-xiri onlajn, il-perikli ma jonqsux, anki għall-bejjiegħa.

Huwa minnu li bejjiegħ b’negozju onlajn fost l-oħrajn jiffranka l-ispejjeż tal-operat tal-ħanut kif ukoll li permezz ta’ websajt jista’ jilħaq aktar klijenti. Madanakollu, mhux kulma jleqq hu deheb.

Websajt li joffri xiri onlajn jutilizza għadd ta’ riżorsi biex jopera fosthom konnettività mal-banek permezz ta’ payment gateways biex ikunu jistgħu jsiru tranżazzjonijiet bħall-ħlas. F’dan l-isfond, f’filmat maħdum minn Cyber Security Malta fi ħdan l-Aġenzija tal-Gvern għat-Teknoloġija tal-Informatika, il-MITA, jingħad li kriminal fost l-oħrajn jista’ jipprova jidderieġi t-traffiku lejn sit qarrieqi li jidher simili għall-gwadann tiegħu.

Cyber Security Malta saħqet li kumpanija li tiddeċiedi li żżid il-preżenza tagħha onlajn għandha tirrikorri għas-servizz mingħand professjonisti reputabbli u tal-esperjenza bil-għan li l-websajt tkun mibnija b’sigurtà tal-ogħla livell. B’hekk, iċ-ċans li dak li jkun jisfa vittma ta’ attakk jonqos ġmielu.

Intqal ukoll, li min biħsiebu jibni websajt sigura għandu jaħseb minn qabel f’kumpaniji li joffru servizzi ta’ emerġenza f’każ ta’ attakk.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

L-internet huwa lussu li kważi kważi sirna ma ngħaddux mingħajru. Komdu mmens u jekk tużah b’mod għaqli jagħmlilna ħajjitna ferm aktar faċli. Minkejja dan, mhux kulma hemm onlajn huwa tajjeb….

Televiżjoni u Radju

Fix-xhur li ġejjin, Gordon Bonello se jkun qed jieħu r-riedni tal-programm ‘Malta’s Got Talent’ f’idejh. Wara li lbieraħ ġew żvelati l-erba’ membri tal-ġurija, fuq il-paġna ta’ Facebook tax-show ferm mistenni għadu…

Aktar