Barranin, Kurżitajiet
Ara jekk hux affordabbli btala fl-ispazju

Il-kumpanija Orion Span ħabbret il-pjani għall-ewwel lukanda lussuża fl-ispazju.

Hija ħabbret dan waqt is-Space Summit f’San Jose California. Il-lukanda Aurora Station hija mistennija tilqa’ l-ewwel mistiedna fl-2022 u se tkun f’forma ta’ stazzjon spazjali li kapaċi jżomm sitt persuni kull darba. U l-vaganza fl-ispazju mhux se tkun irħisa. 12-il ġurnata fl-Aurora Station jiġu jiswew ftit inqas minn $10 miljun kull persuna.

Il-kumpanija Orion Span qalet li diġà bdiet tilqa’ l-bookings b’depożitu ta’ $80,000. Qabel l-avventura fl-ispazju, kull turist irid jagħmel kors ta’ tliet xhur fil-faċilità tal-kumpanija fi Houston Texas. Il-kors huwa wieħed intesiv u jgħallem lill-parteċipanti anke kif jagħmlu esperimenti u kif ikabbru l-ikel fl-ispazju.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ġenn u paniku ħakem lil kull min jinsab f’Mont San Michel dalogħdu waqt operazzjoni ta’ evakwazzjoni. It-turisti kollha ġew evakwati filwaqt li r-residenti ġew mitluba jibqgħu ġewwa hekk kif raġel…

Barranin

17-il persuna mietu wara li żewġ dgħajjes li nqelbu fi Xmara fil-belt ta’ Guilin, fiċ-Ċina, li tinsab fin-nofsinhar tar-reġjun ta’ Guangxi Zhuang. L-inċident seħħ waqt sessjoni ta’ taħriġ. Fuq iż-żewġ…

Barranin

Mijiet ta’ persuni nġabru fil-belt ta’ Chicago jipprotestaw u jikkundannaw l-attakk li sar mill-Istati Uniti, fuq faċilitajiet fis-Sirja fejn jinħadmu l-armi kimiċi fuq suspett li s-Sirja użathom fil-belt ta’ Douma….

Barranin

L-attur Verne Troyer, li huwa magħruf l-aktar għall-parti li interpreta ta’ Mini-Me fis-serje ta’ Austin Powers, miet fl-età ta’ 49. Troyer li kien fih biss 81cm, ħadem ukoll fil-filma ta’…

Aktar