Reliġjon
Ara: “Jekk hux sigarett jew biċċa ċikkulata, is-sawm ix-xoqqa f’moxtha biex titlob għall-paċi fid-dinja”

Karità, talb, u sawm. Wara x-xalar u l-briju tal-Karnival – għal-liema perjodu, għadd ta’ voluntiera ħadmu lejl u nhar bil-għan li ttellgħu erbat ijiem ta’ divertiment b’suċċess – illum, jingħata bidu għar-Randan.

Fi ftit kliem, mil-lum, għal erbgħin jum sħaħ, skont il-fidi, l-Insara jibdew iħejju ruħhom għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, u eventwalment għall-Għid il-Kbir, li huwa l-qofol tat-twemmin Nisrani. U, għal uħud, mil-lum jibdew is-sagrifiċċju u l-astinenza.

F’dan l-isfond, waqt ‘TVAM’, l-Arċipriet tal-Isla, Fr Robin Camilleri, qal li lis-sawm jagħtih ħafna valur. Jekk hux sigarett jew biċċa ċikkulata, Fr Robin stqarr li r-Randan huwa x-xoqqa f’moxtha biex dak li jkun joqgħod lura minn xi ħaġa li normalment ma jgħaddix mingħajrha, u joffri dan is-sagrifiċċju, fost l-oħrajn, biex ikun hawn il-paċi fid-dinja.

Fr Robin irrikonoxxa l-fatt li mhux kulħadd jipprattika l-fidi kif mixtieq. Madanakollu, huwa qal li r-reżistenza f’dan ir-rigward ma tbeżżgħux, u li saħansitra sa qrar fil-każini ġieli jsir bil-għan li dak li jkun isib lilu nnifsu, u jkun jista’ jibni l-ħajja spiritwali tiegħu fuq il-misteru ta’ Ġesù.

Aħbarijiet Oħra
Ikel

Lil hinn minn xtutna, f’dawn il-jiem, il-minġel tal-mewt qed jaħsad il-ħajja ta’ eluf ta’ persuni. Għaldaqstant, bil-għan li titrażżan kemm jista’ jkun l-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet qed jieħdu l-miżuri meħtieġa,…

Kurżitajiet

F’dawn il-jiem, il-midja soċjali saru miżgħuda b’għadd ta’ filmati, tpinġijiet, u ritratti ta’ kull xorta, bil-għan li fost l-oħrajn dak li jkun iqanqal xi ftit tal-ottimiżmu fid-dawl tal-Covid-19, li kull…

Televiżjoni u Radju

Fl-isfond tal-jiem straordinarji li qed ngħixu, kawża tal-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna wkoll, il-poplu Malti u Għawdxi mħeġġeġ jibqa’ d-dar u ma joħroġx għal xejn b’xejn, bil-għan li t-tixrid tal-virus jonqos kemm…

Reliġjon

Illejla l-Papa Franġisku mexxa mument straordinarju ta’ talb mill-Vatikan. Iċ-ċelebrazzjoni inkludiet qari mill-Kelma ta’ Alla, mument ta’ adorazzjoni fil-preżenza tas-Sagrament u fl-aħħar il-Papa ta l-Bakra Urbi et Orbi, lill-belt u…

Aktar