Reliġjon
ARA: “Jekk nibet diġà l-qamħ allura hemm tama”… mill-pinna ta’ saċerdot għall-Għid

Poeżija ta’ Dun Gilbert Scicluna tieħu spunt mill-għelieqi fejn il-qamħ nibet u kiber sew biex jibgħat messaġġ ta’ tama li tant neħtieġu.

F’din il-poeżija Dun Gilbert jesprimi l-fiduċja tiegħu li jasal il-mument li l-ħajja ser tkompli b’mod sabiħ. .

“Jekk nibet diġà l-qamħ allura hemm tama

Li l-ħajja terġa’ lura għal li kienet

U artna trodd il-frott minkejja n-nixfa

Minkejja l-mard qalil li qed jaħkimna.”

Ara l-filmat hawn taħt u kompli isma din il-poeżija fl-isfond ta’ filmati li jikkumplimentaw il-messaġġ.

Il-poeżija fil-filmat tinqara minn Dun Mark Mallia Pawley, saċerdot ħabib ta’ Dun Gilbert li rċevew l-ordinazzjoni saċerdotali flimkien.