Lokali
ARA: Jekk se tixrob issuqx

F’dan iż-żmien ta’ festi, Transport Malta, flimkien mal-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq, qiegħdin iniedu kampanja biex ikomplu jħeġġu lis-sewwieqa biex ikunu prudenti fis-sewqan, partikolarment, biex min se jixrob ma jsuqx.

Din is-sena kienet sena partikolari għalina lkoll, fejn il-pandemija ċaħditna mir-rutina tal-ħajja imma ġiegħlitna nirriflettu aktar minn qatt qabel. Fiċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom, din is-sena Transport Malta qed twassal il-messaġġ li minjaf kemm kellna nibdlu u naġġustaw għal dak li konna nqisu bħala normali; kellna nibdlu l-istil ta’ ħajja, nibdew noħorgu bl-maskra, inżommu d-distanza, nonqsu milli nżuru lill-anzjani tagħna għall-ġid tagħhom, naħdmu mid-dar, nikkanċellaw il-vaganzi, nikkanċellaw xi kunċert jew ma norganizzawx festini tal-Milied. Il-messaġġ ta’ din in-sena, anke permezz ta’ dan il-vidjow, huwa li xi ħaga li ma nbiddlu qatt u li tibqa’ valida waqt kwalunkwe ċirkostanza hija s-sewqan responsabbli – jekk se tixrob, issuqx.

It-taqsima tal-infurzar ta’ Transport Malta għal sena oħra ser ikunu qegħdin jagħmlu bosta ispezzjonijiet mal-pajjiż kollu biex jaċċertaw li jkun hemm sewqan bil-galbu u b’hekk tkun żgurata s-sigurtà tas-sewwieqa u l-passiġġieri f’pajjiżna matul dawn iż-żminijiet.

F’dan iż-żmien ta’ festi, Transport Malta, flimkien mal-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq, qegħdin iniedu kampanja biex ikomplu jħeġġu lis-sewwieqa biex ikunu prudenti fis-sewqan, partikolarment, biex min se jixrob ma jsuqx.