Tradizzjonijiet
Ara: Jemmen li l-voluntiera tal-Karnival huma l-anqas voluntiera apprezzati

Iż-żmien itir u ma jistenna ‘l ħadd. Għal darb’oħra, il-Karnival reġa’ wara l-bieb. Liema jiem, huma kkaratterizzati minn briju, kostumi u karrijiet ta’ kull għamla, xi biċċtejn prinjolata, u lwien li jpaxxu l-għajn.

U, fost l-oħrajn, il-Karnival, kemm dak tax-xitwa kif ukoll dak sajfi, jgħaqqad u jlissen tbissima fuq fomm kulħadd, hekk kif jiġbed lejh faxex ta’ nies ta’ kull xorta. Mhux ta’ b’xejn, Johnnie Caruana, il-moħħ wara l-innu tal-Karnival, fetaħ il-kanzunetta popolari bil-kliem “Jgħajtu x-xjuħ u jgħajtu t-tfal”.

Minkejja dan, wieħed mill-imħuħ wara l-karrijiet tal-Karnival, Raymond Zerafa, jemmen li aktar ma jmur aktar id-dilettanti tal-Karnival qegħdin jonqsu.

Is-Sur Zerafa spjega kif wara l-karrijiet li fi żmien ftit jiem se jkunu qed joħonqu t-toroq Maltin u Għawdxin hemm għadd ta’ voluntiera jaħdmu qatigħ u li lkoll jiġbdu ħabel wieħed.

Madanakollu, is-Sur Zerafa żied jgħid li dawk l-individwi li jagħtu daqqa t’id fix-xogħol tal-karrijiet tal-Karnival huma l-anqas voluntiera apprezzati, hekk kif jemmen li ftit li xejn għandhom fondi u riżorsi biex jaħdmu.

B’riżultat ta’ dan, fost l-oħrajn, is-Sur Zerafa fisser kif bosta joqogħdu lura milli jmiddu idejhom.

Għal aktar kontenut relatat mal-Karnival segwi “Mill-Qarċilla sas-Salib”, kull nhar ta’ Ħadd fl-10.00am, fuq Television Malta.

Aħbarijiet Oħra
Tradizzjonijiet

Dahri kienu jkunu bilqiegħda fuq xi banketta ħa taqa’ biċċiet biswit xi zuntier għall-frisk, libsin qmis bajda qoton, sidrija miftuħa beraħ, u beritta. F’idejhom, l-għannejja kien ikollhom kitarra, u bi…

Kurżitajiet

Il-Karnival tant mistenni, aktarx l-aktar miċ-ċkejknin, jinsab magħna. Madanakollu, lil hinn mill-bluha u x-xalar li jikkaratterizzaw xi ftit jew wisq dawn il-jiem ta’ briju, ‘Sibtek’ illum jissokta b’programm ieħor mimli…

Storja

Fost l-aktar destinazzjonijiet ta’ interess li jinsabu qrib tagħna, u li huma pjuttost imfittxija mill-Maltin, Sqallija. Liema gżira, tinsab tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minnha, u li tħaddan għadd ta’…

Tradizzjonijiet

Mis-sittinijiet ‘l hawn, l-intrata tal-Belt Valletta nbidlet ġmielu. Il-karozzi tal-linja l-antiki ma baqgħux magħna, Bieb il-Belt m’għadux hemm, u ż-żona nbidlet ta’ taħt fuq hekk kif kellha bżonn dawra restawr…

Aktar