Lokali
ARA: Jgħabbi l-karozza u jsuq bil-bagoll miftuħ

Fit-toroq Maltin tista’ tgħid tara minn kollox u tara x’tara qatt ma tkun rajt kollox. Dalgħodu persuni li kienu għaddejjin mill-Ħamrun bagħtu filmat lil tvm.com.mt ta’ persuna li għabbiet il-karozza u ħalliet il-bagoll miftuħ.

Jidher li tant kellu affarijiet xi jġorr li l-bagoll ma setax jingħalaq. Minflok qasam it-tgħabija fi vjaġġi differenti għażel li jġorr kollox f’daqqa.

Il-konsegwenza ta’ dan l-aġir setgħet kienet waħda ħażina li twassal għal xi inċident. Dan minħabba li l-bagoll miftuħ jista’ jtellef lix-xufiera ta’ warajh.

Jekk tiltaqa’ ma’ sitwazzjonijiet simili fit-toroq tista’ tibgħat filmati lil TVM fuq [email protected] jew fuq il-paġna tal-Facebook.