Kurżitajiet
ARA: Jgħaddi bi żbrixx minn kanal

Il-Kaptan tal-cruise liner MS Braemar irnexxielu jikseb rekord ġdid hekk kif irnexxielu kważi jagħmel l-impossibbli – li jgħaddi l-bastiment minn kanal dejjaq fil-Greċja.

L-MS Braema wiesgħa 22.25 metru u għadda bi żbrixx mill-Kanal Corinth fil-Greċja u huwa l-akbar bastiment li qatt għadda minn dan il-Kanal.

Kif jixhed il-filmat, il-biċċa l-kbira tal-passiġġieri abbord il-cruise liner ħarġu jaraw b’għajnejhom x’kien qed iseħħ filwaqt li rnexxielhom imissu l-ġnub tal-kanal.

Il-bastiment, li jiżen madwar 24,000 tunnellata kien iggwidat minn lanċa tal-irmonk.

Il-Kanal Corinth fil-Greċja fih madwar 4 mili u nbena fl-1893 biex jgħaqqad il-Greċja mal-peniżola Peloponnese.

Aħbarijiet Oħra
Safar

Persuni li kienu qed jistennew biex imorru vaganza jista’ jkun li jibqgħu b’xiber imnieħer minħabba attivitajiet jew titjiriet li qed jiġu kkanċellati f’diversi pajjiżi bħala prekawzjoni kontra l-imxija tal-coronavirus. F’dan…

Kurżitajiet

Illejla, ‘X’sar minnhom’, jissokta bi programm ieħor, bil-għan li jqanqal xi ftit tan-nostalġija qalb it-telespettaturi ta’ Television Malta billi jerġa’ ‘jagħti l-ħajja’ lil għadd ta’ persuni lokali magħrufa, u li…

Reliġjon

Karità, talb, u sawm. Wara x-xalar u l-briju tal-Karnival – għal-liema perjodu, għadd ta’ voluntiera ħadmu lejl u nhar bil-għan li ttellgħu erbat ijiem ta’ divertiment b’suċċess – illum, jingħata…

Aktar