Kurżitajiet
ARA: Jgħaddi bil-vann u jgħajjat waqt konferenza fiż-Żejtun

Diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat waqt konferenza fiż-Żejtun illum waranofsinhar waqaf ħesrem meta raġel li kien għaddej bil-vann iddeċieda li jsemma’ leħnu.

Dr Muscat kien qed jitkellem dwar ix-xogħol li sar fuq Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok, meta sewwieq li nzerta għaddej minn wara l-podju beda jgħajjat biex jirringrazzja lill-Prim Ministru għal dan il-proġett.

“Ara taħbat, għax neħel jien!” kienet ir-risposta ċajtiera tal-Prim Ministru lis-sewwieq, li dak il-ħin forsi ma kienx daqshekk attent għat-triq.

Naturalment, dan il-mument umoristiku ma setax ma jkunx segwit mid-daħk ta’ dawk preżenti.

Ara wkoll:

Miċ-Ċawsli għall-Aħħar Ħbit mit-Torok – inawgurata triq bi storja twila

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Edukazzjoni

L-edukazzjoni ma tieqafx mal-età obbligatorja! Id-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja beda jilqa’ applikazzjonijiet mingħand adulti li fis-sena skolastika li jmiss jistgħu jsegwu xi wieħed minn 450 kors, kemm f’oqsma akkademiċi kif…

Kronaka

Il-Pulizija jidher li tinsab viċin li ssolvi omiċidju li jmur lura ħdax-il sena. Il-każ jitratta tfajla li ilha rappurtata nieqsa mill-2008 u minn investigazzjonijiet li saru fl-aħħar jiem irriżulta li…

Aktar