Barranin
ARA: Jgħannaq lill-Pulizija li qatlitlu lil ħuh bi żball

Kien mument emozzjonanti meta ħu Botham Jean, li nqatel intortament minn Pulizija, talab lill-Qorti ta’ Texas biex jgħannaq lill-qattiel ta’ ħuh.

Kull min kien fl-awla spiċċa jixxotta d-dmugħ, inkluż l-Imħallef, li kienet għadha kemm ikkundannat lill-eks Pulizija Amber Guyger 10 snin ħabs.

Il-Qorti sabet lil Guyger ħatja ta’ omiċidju, wara li daħlet fl-appartament ta’ Jean, li kellu 26 sena, u sparatlu waqt li kien qed jiekol ġelat.

Guyger qalet li kienet daħlet fl-appartament ta’ Jean bi żball, mingħaliha li kien tagħha, u meta sabet lil Jean quddiemha, ħasbet li kien qed jisraqha.

Fil-Qorti, Brandt Jean qal li jaħfer lil Guyger, u li jħobbha bħal ma jħobb lil kulħadd. Qal li jinsab ċert li jekk titlob maħfra lil Alla, dan se jaħfrilha wkoll.

Kien hawn li Jean talab lill-Qorti biex jgħannaq lil Guyger, li ġriet għal fuqu u damet ħin twil iżżommu mgħannaq magħha.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’Pariġi, protesta viċin l-istazzjon tal-ferrovija Gare de Lyon wassal biex żviluppa nar qawwi, bil-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili kellhom jevakwaw in-nies miż-żona. Qed ikun irrapurtat li n-nar tqabbad minn dimostranti li nġabru…

Barranin

Tal-inqas 33 suldat Tork inqatlu f’attakk mill-ajru mill-forzi tar-reġim Sirjan fil-Majjistral tas-Sirja. Il-Gvernatur tal-Provinċja ta’ Hatar, Rahmi Dogan qal li kien hemm aktar persuni midruba fil-provinċja ta’ Idlib. Aktar tard,…

Barranin

Il-bugħaddas Russu Alexey Molchanov kiser ir-rekord tal-Guinness World Record li għodos għal 180 f’tul ta’ metru f’ilma inġazzat, f’nifs wieħed. Molchanov għamel din l-isfida fi kważi tliet minuti. Huwa kien…

Barranin

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Apple, Tim Cook, ħabbar li s-sena d-dieħla l-kumpanija se tkun qed tiftaħ l-ewwel ħwienet tagħha fl-Indja. Hu ħabbar dan waqt laqgħa tal-azzjonisti, fejn qal li l-kumpanija kellha…

Aktar