Annimali
ARA: Jgħattu wiċċhom u jaħarbu jiġru biex ma jinqabdux jonsbu

F’filmat tal-CABS, jidhru xi nassaba jgħattu wiċċhom bl-imkatar biex ma jinqabdux jonsbu. Huma jidhru qed jaħarbu jiġru malli jaraw lill-Pulizija ġejjin għalihom.

F’ġimagħtejn, il-CABS irrapportat 34 każ ta’ insib illegali, bil-biċċa l-kbira tal-każijiet saru f’Għawdex.

Minn dawn il-34 każ, il-CABS qalet li 12 minnhom kienu jinvolvu l-insib tal-għasafar tal-għana fejn, il-biċċa l-kbira tan-nassaba marbutin mal-każijiet mistennija jitressqu l-Qorti.

Bis-saħħa tar-rapporti tal-CABS ġew ikkonfiskati 61 għasfur protett, 15-il nasba flimkien ma’ aktar tagħmir li għandu x’jaqsam mal-insib.

Skont il-CABS, l-għaqda rrappurtat mat-22 sit illegali tal-insib.

L-għaqda qed tappella lis-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri biex jieħu l-azzjoni neċessarja ma’ dawk li qed jiġu jaqgħu u jqumu mir-regoli u l-liġijiet tal-insib tal-għasafar tal-għana.