ARA: Jgħid li jekk l-UE terġa’ tiftaħ in-negozjati mar-Renju Unit ikun żball kbir

Il-Professur Roderick Pace, akkademiku speċjalizzat fil-qasam tal-istudji Ewropej, meta mistoqsi waqt TVAM biex jikkummenta dwar dak li ġara lbieraħ fil-Parlament Ingliż, qal li r-riżultat kien previst iżda mhux b’daqshekk – in-numri kienu ferm akbar minn dawk imbassra.

Qal li kien sorpriż bir-riżultat tal-voti.  Il-Professur Pace kompla jgħid li dan kollu huwa attribwit għall-interess komuni bejn 3 forzi li ngħaqdu biex jivvutaw kontra l-pjan tal-Prim Ministru Ingliż, Theresa May.

Qal li joqgħod kawt kif jinterpreta l-affarijiet wara l-vot tal-bieraħ – u qal li jixtieq lir-Renju Unit jibqa’ fl-UE  iżda fl-istess waqt jammira l-ħidma u l-pożizzjonijiet tal-pajjiż. Il-Professur qal li l-UE trid tħalli lir-Renju Unit fil-libertà li jirranġaw il-kwistjonijiet tagħhom.

Huwa kompla jgħid li l-UE għamlet il-ħidma tagħha filwaqt li l-Istati Membri qed jappoġġjaw il-linja li ħadet l-UE. Huwa jemmen li jkun żball kbir jekk l-UE terġa’ tiftaħ in-negozjati mar-Renju Unit għaliex tkun qed tibgħat sinjal li kollox negozzjabbli u l-gvernijiet l-oħra tal-UE jiġu qishom ma jiswew xejn – għalhekk huwa jemmen li għandu jinżamm prinċipju.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Mat-twaqqif tad-Dar tal-Kleru – residenza għal saċerdoti anzjani jew morda – twaqqfet ukoll il-komunità tas-Sorijiet imsejħa”Qaddejja taċ-Ċenaklu” li ilhom ħamsa u ħamsin sena jiddedikaw ħajjithom għas-saċerdoti f’din id-dar. TVM żar…

Lokali

Tibda l-ġimgħa li twassal biex jitla’ s-siparju fuq waħda mill-eqdem ċelebrazzjonijiet f’Malta . . . il-Karnival. Il-karru ewlieni, li juri r-Re tal-Karnival, ser ikun sar mill-istess idejn li ħadmu fuq…

Lokali

“Sunrise” – a socio contemporary comedy and monologue has opened. Humorous at times, this production is being staged at a theatre in Valletta. Described by The Guardian UK as an…

Lokali

Għoxrin sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Kreattività qed jiġu ċċelebrati b’diversi proġetti fl-Ispazju Kreattiv il-Belt kif ukoll bi pjani biex ikompli jissaħħaħ il-qasam tal-kreattività. Matul din is-sena qed jitfakkar l-20 sena mit-twaqqif…

Aktar