Politika
ARA: Jgħid li kieku kien flok Adrian Delia kien jikkunsidra li jwarrab

L-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Paul Borg Olivier qal li wara l-aħħar riżultat elettorali, kieku hu kien fiż-żarbun tal-Kap tal-partit, Adrian Delia, kien jikkunsidra li jersaq fil-ġenb għall-ġid tal-partit.

Waqt li kien qed jitkellem fuq il-programm Dissett ilbieraħ, Dr Borg Olivier żied jgħid li mill-banda l-oħra, il-minimu li kienu jagħmel huwa li jersaq ‘il quddiem u jitlob konferma tal-appoġġ li jgawdi fi ħdan il-partit.

Huwa qal li din kienet l-ewwel darba fl-istorja li l-voti l-Partit Nazzjonalista ġab ammont inqas ta’ voti mill-ammont ta’ nies li ma ħarġux jivvotaw, fl-istess waqt li l-Partit Laburista żamm l-ammont ta’ voti tiegħu.

Intant, waqt l-istess programm, l-eks Segretarju Parlamentari Deborah Schembri qalet li l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil ukoll kien ġarrab telfa fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ftit wara li daħal fil-kariga, iżda dan kien tħalla jkompli jaħdem u ngħata ċans ieħor.

Hija qalet li Dr Delia ġie elett fil-kariga b’mod demokratiku, forsi iktar minn ta’ qablu, u li issa jiddependi kemm il-fazzjonijiet fi ħdan il-partit se jħalluh imexxi.

Waqt li semmiet il-qasmiet fil-Partit Nazzjonalista, Dr Schembri għamlet referenza wkoll għall-fatt li ż-żewġ MEPs eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista kienu ġew appoġġjati mill-għaqda Occupy Justice.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Riċerkatur Malti sab l-ismijiet ta’ kważi elf wied f’Malta, Għawdex u Kemmuna. Jispjega li fost affarijiet oħra, l-ismijiet tal-widien f’Malta huma klassifikati fi tlieta; dawk ġejjin minn ismijiet tan-nies, ta’…

Stejjer Umani

Velimir Dulo mis-Serbja, ilu Malta aktar minn sentejn jaħdem bħala technician. Fis-Sajf li għadda ingħaqdu miegħu martu u ż-żewġ uliedu, fosthom Nevena Dulo ta’ 11-il sena li anke bdiet tattendi…

Protezzjoni Ċivili

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ffirma ftehim ta’ koperazzjoni mas-Singapore Civil Defence Force. B’dan il-ftehim l-forzi tal-protezzjoni ċivili ta’ Singapore se jipprovdu espert tagħhom b’xejn lid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, fosthom għat-tfassil ta’ pjan…

Lokali

Il-kuntistabbli Ryan Paul Tonna, li miet ħabta u sabta meta faga fl-ikel wara maratona fl-Italja, qal li beda l-atletika minħabba f’ibnu biex ikun ta’ eżempju tajjeb għalih. F’messaġġ fuq il-paġna…

Aktar